L-effetti tal-pornografija – Riflessjoni minn Fr Hayden dwar il-pornografija

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Marzu, 2019: L-effetti tal-pornografija – Riflessjoni dwar il-pornografija. Ara t-test tagħha taħt il-vidjo …

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Luke: Insellmilkom u nilqagħkom hawnhekk f’dawn il-ħames minuti ta’ lezzjoni ma’ Fr Hayden.

Luke jistaqsi:

Il-mistoqsija li għandi llum ġejja minn xena. Hemm persuna li kellu problema ta’ porn addiction, ok? Fieq minnha sewwa, jiġifieri ltaqa’ mal-Mulej, ikkonverta, iltaqa’ ma’ tfajla, għexu ħajja Kristjana kif suppost, sewwa, ta’ ċelebat, imbagħad iżżewġu u waslu f’dak il-mument li jagħmlu l-att sesswali. Kif wieħed jista’ sort of jaċċetta l-flashbacks li jiġuh ta’ dawk ix-xeni koroh ta’ kif wieħed kien dara jara l-mara jew kif waħda tara lir-raġel?

Fr Hayden iwieġeb:

Hekk hu. Il-mistoqsija interessanti u prattika ħafna Luke, għax din hija esperjenza reali. Naħseb li l-ewwel ma rridu nibdew hu billi ngħidu: f’dawn iċ-ċirkustanzi, prevention is better than cure. Nixtieq nieħdu l-opportunita’ li nghidu li ħafna ma jirrealizzawx l-effett tal-pornografija. Jiġifieri, l-pornografija, kif għidt inti, hija addiction. Mhix addiction bħalma hija d-droga, tajjeb, addiction bħalma huwa l-alkoħol, addiction bħalma huma s-sigaretti. Imma, barra minn Malta għandna anke ċentri fejn porn addicts imorru sabiex jeħilsu minn din it-tip ta’ addiction, tajjeb.

Issa din l-addiction tmiss mas-sesswalita’. Tħalli store enormi fil-memorja tal-bniedem u din l-addiction, dak li tara trid tagħmlu. Jiġifieri, min għadu fil-bidu, min qed jinqabad fiha jew qiegħed fiha, jirrealizza din. Ħafna drabi, dak li jkun jara xi ħaġa u jaħseb li din se taffettwa lilu biss. Imma mhix se taffettwa lilek biss.  Anke jekk ma titkellimx, is-sieħeb, martek u żewġek se jindunaw, se jħossu fil-mument tal-intimita’ ma’ min qed tirrelata, kif qed iġġib ruħek, x’qed tipprova tagħmel fil-mument sesswali. Jindunaw li, isma’, you are not engaging with me. You are engaging with something else, tajjeb. Jiġifieri dan huma fatt biex ngħid inevitabbli, għax din hija d-dinamika ta’ x’jiġri. Dan biex nuri kemm verament prevention is better than cure. Pero’, once li l-ħaġa ġrat jew li ġa’ qiegħda hemmhekk, hi xi ħaġa li tista’ toħroġ anke f’mument u toħloq diffikulta’ fir-relazzjoni.

Jien naħseb li l-ewwel ħaġa li għandu jkun hemm hi illi l-koppja titkellem bejnietha fuq din ir-realta’. Jiġifieri ma taħbihiex, għax parti mill-fejqan huwa d-djalogu bejn il-koppja. Parti mill-fejqan huwa li l-koppja jifhmu lil xulxin x’qed jiġri fihom u għaliex qed jiġri dan.

Il-fejqan jiġi wkoll billi kulħadd jara kif issa se jipprova jgħin. Jiġifieri, mhux biss li tkellimt u l-persuna l-oħra qisha trid taċċettaha, għax issa hekk hi l-affari. Le, imma kif jien nista’ ngħinek f’din il-ħaġa? Kif inġib ruħi, kif nitkellem, x’nagħmel, kollox, you know? Jiġifieri, trid tara kif tista’ tgħin fil-prattika, bl-imġieba tagħha stess.

Imbagħad hemm l-aspett uman tas-sitwazzjoni: li wieħed irid jaċċetta li l-fejqan huwa proċess. Mela, għandek xi ħaġa li tista’ ssir bejn il-koppja, xi ħaġa li tista’ ssir miegħek innifsek fuq livell uman li ma tistax tistenna. Qisek kellek hard disk li spiċċa, telaqf’daqqa waħda għax issa żżewwiġt. Iżda dan sejjer jitlaq għax  sempliċement issa żżewwiġt?

Trid taċċetta li l-fejqan huwa mixja twila li inti sejjer tagħmel, li bil-mod il-mod you can overcome it. Tajjeb?  Din nenfażizzaha għax ċerti nies faċli jaqtgħu qalbhom. Fejn jidħlu affarijiet ta’ sesswalita’, they feel dirty afterwards. Min ikun jixtieq jgħix f’ċerta safa’ u b’mod sabiħ kif irid il-Mulej, iħossu maħmuġ. Imma jien nixtieq li ma jaqax f’din in-nasba, għax inkella qatt ma nistgħu nimxu ‘l quddiem. Irrid nenfasizzaha din: tista’ tkun dix-xi ħaġa żgħira, pero’, I know the shame, the guilt li jista’ jkisser koppja.

Imbagħad hemm l-affarijiet purament spiritwali li wieħed jista’ jagħmel sabiex anke l-effetti jkunu jistgħu jfiqu. Għax aħna nemmnu li l-Mulej jista’ jfejjaqna mhux biss mid-dnub stess, imma wkoll mill-effetti tiegħu. Kif jistgħu jitfejqu dawn l-effetti ħżiena?

1.  B’ħajja ta’ talb

Bil-ħajja tat-talb, number one. Jiġifieri li wieħed jitlob, b’mod speċjali, l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li jista’ jfejjaq il-memorji u l-passat tagħna. Alla jfejjaq il-memorja, mhux biss ifejjaq il-ġisem tagħna.

2. Bis-sawm

It-tieni ħaġa, huwa is-sawm. Is-sawm jagħti qawwa li trid tesperjenzaha. Is-sawm itik kontroll fuqek innifsek, fuq kull livell tal-ħajja tiegħek. Jiena nemmen li bit-talb u s-sawm flimkien, il-persuna jkollha an ordered life, ħajja li hija ordnata. Iktar ma jkollok ħajja ordnata, iktar jista’ jkollok kontroll fuqek innifsek, fuq ħsibijiet u kif taġixxi.

3. Trid tpoġġi l-persuna l-oħra fiċ-ċentru

L-aħħar ħaġa. Inti trid dejjem tpoġġi ‘l-persuna l-oħra fiċ-ċentru. Jiġifieri, inti issa trid tipprogressa mill-pjaċir li trid tieħu inti. Trid timxi ‘l quddiem biex tiffoka iżjed fuq il-pjaċir li inti trid tagħti, you know. Jiġifieri trid tpoġġi dejjem l-ewwel ‘l-persuna l-oħra. B’dan il-mod jistgħu joħorġu l-effetti pożittivi mixtieqa. Trid tagħmel kif Sant’ Injazju kien jgħid:

Aħdem bil-maqlub. Agere contra.

Huwa b’dawn il-modi li aħna nistgħu ngħelbu l-effetti ta’ dan id-dnub fuqna. Ma naqtgħux qalbna.

Luke: Prosit! Grazzi ħafna tal-kuraġġ li qed tagħtina. Grazzi.

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s