Talba għal min jinsab marid l-isptar

Is-Sibt, 19 ta’ Frar 2022: Talba minn Fr Hayden għal min jinsab marid l-isptar. Ara t-test tagħha taħt il-vidjo …

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Nitolbok, Mulej Ġesu’, għal dawk kollha li jinsabu l-isptar. Nitolbok sabiex mill-Ewkaristija Mqaddsa, inti jogħġbok tħares lejhom. Ikollok ħniena Mulej mill-morda kollha li jinsabu fl-isptar, huma fejn huma f’dal-ħin. Minn qalbi nitolbok, Ġesu’ ħares lejhom, poġġi jdejk fuqhom; ikollok ħniena minnhom, agħtihom il-fejqan li għandhom bżonn fil-ġisem, fir-ruħ, fl-emozzjonijiet tagħhom, fil-ħsibijiet tagħhom.

Dawk li qatgħu qalbhom Mulej, agħtihom il-kuraġġ tiegħek, agħtihom it-tama tiegħek Ġesu’. Dawk li huma ‘l bogħod minnek u huma morda, iġbidhom lejk f’dan il-mument, ħa jiftħu qalbhom għalik. Dawk li huma rrabjati għaliex huma morda, Mulej, li ma jistgħux jaċċettaw daż-żmien li għaddejjin minnu, nitolbok Ġesu’, sawwab il-paċi tiegħek fuqhom. Nitolbok mill-qalb għall-familjari tagħhom kollha Mulej, għall-familjari ta’ min hu marid fl-isptar, agħtihom il-faraġ tiegħek, il-wens tiegħek.

Nitolbok għat-tobba, Mulej, għan-nurses tagħna, għall-konsulenti tagħna: agħtihom id-dawl u l-għerf tiegħek, Mulej, ħalli jagħtu l-aħjar kura possibli. Bierek Mulej ‘il-mediċini li qed jieħdu l-morda tagħna, eħlishom mis-side effects il-pazjenti u agħmel li l-effett mixtieq ta’ fejqan, Mulej, iseħħ.

Għannaq ‘il-morda kollha miegħek, Mulej; agħmel li jsibu l-faraġ tiegħek Mulej Ġesu’, u ħenn għalihom. Ħenn għal min hu marid Mulej.

Ejjew nitilqu minn hawn bil-konvinzjoni li hemm x’hemm f’ħajtek, Alla huwa tajjeb u tista’ tafdah, anke meta ma tifhmux. Ħares lejh u minn qalbek għidlu: “Ġesu’, jiena nemmen li inti tajjeb. Ġesu’ jiena nemmen li kulma int tippermetti, anke jekk ma nifhimx, huwa għall-ġid tiegħi. U għalhekk, Ġesu’ jiena nafda fik.”

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s