🌻 Alla Hu Trinità – 3 persuni f’Alla wieħed:
- Missier li ħalaq kollox u għamel pjan biex isalva lil kull bniedem
- L-Iben (Ġesù) li wettaq il-pjan tal-Missier
- Spirtu s-Santu li jagħtina l-ħajja u l-qawwa li nħobbu kif iħobb Alla.
Bħala Nsara irridu ngħixu ta’ wlied il-Missier billi nixbhu lil Iben bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li hemm fina.
🌻 Il-Ġenna hija l-esperjenza li nħobbu u nkunu maħbubin f’għaqda intima u profonda ma’ Alla l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu, l-għaqda li jibqa’ jkollna ma’ dawk li nħobbu u li mietu qabilna, l-iskop ewlieni ta’ kull bniedem.
🌻 Dawk li jkunu fittxew il-ħbiberija ta’ Alla ‘mma kien hemm xi dnubiet li baqgħu jifirduhom minn Alla, jkollhom bżonn li jinħelsu minn dawn id-dnubiet biex jingħaqdu ħaġa waħda ma’ Alla. Dan il-Knisja ssejjaħlu l-Purgatorju.
🌻 Dawk li f’ħajjithom iwarrbu lil Alla u minflok l-imħabba tiegħu jagħżlu l-egoiżmu, s-suppervja u l-mibegħda, jibqgħu jgħixu hekk wara li jmutu, iġifieri bogħod minn Alla u f’disperazzjoni għax issa jagħrfu sew xi jkunu tilfu. Dan jissejjaħ Infern.