🌻 L-individwu għandu responsabiltà lejn saħħtu u saħħet l-oħrajn. Għalhekk:
- għandu jirrikreja ruħu b’mod xieraq (per eżempju sport),
- m’għandux isuq b’mod ta’ periklu għalih innifsu jew l-oħrajn,
- m’għandux ipejjep jew jisker jew juża drogi,
- għandu jieħu ħsieb tas-saħħa bl-għażla għaqlija tal-ikel li jiekol
- u bla ma jiffissa għandu jara li dak kollu li jagħmel u jikkawża fl-ambjenti fejn ikun għandu jġib ‘l quddiem il-ħajja u s-saħħa tiegħu u tal-oħrajn u jevita l-mard, il-ħmieġ, il-kruha, il-vandaliżmu, l-istorbju, il-ħela.
🌻 Huwa nuqqas u dnub meta ma nagħmlux dmirijietna. Huwa dmir tagħna li nieħdu ħsieb ta’ ġisimna u ta’ saħħet ħaddieħor. Għalhekk huwa ħażin li nużaw ġisimna biex nieħdu sensazzjonijiet bħal f’ċerti passatempi perikolużi jew bix-xorb jew sustanzi oħra. Il-ġisem mhux hemm għall-frugħa iżda biex bih inqimu ‘l Alla.