🌻 Din nifhmuha meta nifhmu l-konsegwenza tad-dnub f’ħajjitna. Id-dnub jifridna minn Alla. Peress li Ġesu’ ħa fuqu d-dnubiet ta’ kull bniedem, għal xi mumenti, sofra din il-firda minn ma’ Alla.
🌻 Meta fuq is-salib Ġesù qal: ‘Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex abbandunajtni?’ (Mattew 27:46) tassew li ħass għal ftit mumenti lil Missier idarraw wiċċu minħabba li kif jgħidilna San Pawl (f’2Korintin 5:21): Ġesù sar dnub għalina (għax tgħabba bi dnubietna u l-konsegwenza tagħhom) u d-dnub iġib saħta u firda minn Alla. F’dan is-sens u b’dan il-mod Ġesù nduna u ħassu abbandunat. Ġesù f’imħabbtu lejna ried jgħaddi minn din it-tbatija spiritwali kbira (tista’ tgħid daq l-infern) biex AĦNA ma ngħaddux minna imma nsalvaw. Dan għamel Ġesù għalina!