🌻 Għax provi ssibhom biss fuq materjal xjentifiku u fuq fenomeni repetibbli. Alla mhux materjal xjentifiku, mela ma tistax tagħmel provi tiegħu.
🌻 Fuq dak li mhux possibbli teżaminah xjentifikament, timxi bl-evidenza (per eżempju, f’qorti jew fir-relazzjonijiet u s-sentimenti umani).
🌻 Meta ma tistax tasal għall-provi, tistaqsi: hemm evidenza suffiċjenti biex wieħed jista’ jemmen?
🌻 Dan il-metodu juża r-raġuni. Huwa metodu li jwassal għal konklużjoni ‘raġonevoli’.
🌻 Peress li fuq Alla ma nistgħux nagħmlu esperimenti u provi, mela għandna nfittxu l-evidenza li turina hux raġonevoli temmen jew le fl-eżistenza tiegħu.