290. Riflessjoni fuq Mattew 1: 18-25

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 1: 18-25

dream-of-st-joseph-angel-messenger

L-Evanġelju skont San Mattew 1: 18-25

[Mt:1:18] It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma ta’ l-Ispirtu s-Santu.

[Mt:1:19] Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies.

[Mt:1:20] Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu.

[Mt:1:21] Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.”

[Mt:1:22] Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal:

[Mt:1:23] ‘Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-El,’ li bi lsienna jfisser ‘Alla magħna’.

[Mt:1:24] Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu.

[Mt:1:25] Imma baqa’ ma għarafhiex sa ma kellha iben, u semmieh Ġesù.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Ġużeppi li kien raġel ġust, li kien qed jaħseb li minflok jixli lil Marija jibgħatha x’imkien bil-moħbi tan-nies, wieġeb għas-Saltna t’Alla b’ġenerożita.’ Hu jilqa’ li jieħu wkoll ir-responsabbilta’ li jieħu ħsieb u joffri protezzjoni lil Marija u lil Iben t’Alla mnissel f’ġufha. Hu obda minnufih għall-kmand tal-anġlu u bla telf ta’ żmien ħa lil Marija għandu. Minkejja li ma kellhomx irwol faċli, Ġużeppi u Marija u għaddew minn ħafna tiġrib, skumdita’ u perikli minn kullimkien. Alla ppremjahom għall-fiduċja tagħhom, billi ħa ħsiebhom u pproteġihom hu permezz tal-gwida li tahom bl-anġlu u permezz ta’ xi bnedmin għorrief.

Ħsieb għal Qalbek…

Kemm Marija, kif ukoll Ġużeppi, huma mudell ta’ fidi għalina.

U int kif titratta diffikulta’ f’ħajtek?

Kemm tibqa’ temmen li l-id t’Alla qed tmexxik fid-dlam li jkun hemm madwarek?

Alla qatt ma jitilqek imma ma jistax jiggwidak bħal ma’ għamel ma’ Marija u Ġużeppi jekk int ma titolbux jagħmel dan. Jekk int biss tgħidlu: ‘ħa nafda ħajti f’idejk’ u timxi skont tgħallimu u tgħix tassew, hu jiġi u jibqa’ miegħek sa ma’ jwasslek fil-glorja tas-sema.

Itlob …

Mulej Ġesu’, inti l-Messija u s-Salvatur tad-dinja, it-tama t’Iżrael u tan-nazzjonijiet kollha. Saltan fuq il-ħsibijiet ta’ moħħi u x-xewqat ta’ qalbi u kun ir-Re tad-dar tiegħi.

Marija Omm Ġesu’ r-Re, lilek għamlek Reġina fuq il-Ħolqien kollu għax hekk għoġbu. Int li għoġobtu bl-attitudnijiet tal-ħajja tiegħek, itlob għalija ħalli jien ma nħalli xejn f’ħajti li jżommni lura milli nirċievi l-ferħ dejjiemi tas-salvazzjoni u tal-fiduċja kompleta tiegħi fik u f’Ibnek li tiggwidawni f’kull ħaġa. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s