278. Riflessjoni fuq Ġwanni 20: 24-29

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Ġwanni 20: 24-29

lepros

L-Evanġelju skont San Ġwann 20: 24-29

[Ġw:20:24] Tumas, wieħed mit-Tnax, jgħidulu t-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù.

[Ġw:20:25] Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej.” Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka ta’ l-imsiemer u ma nqigħedx sebgħi fuq il-marka ta’ l-imsiemer u idi fuq ġenbu, jien ma nemminx.”

[Ġw:20:26] Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa, u Tumas magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f’nofshom, u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”

[Ġw:20:27] Mbagħad qal lil Tumas: “Ġib sebgħek hawn u ara idejja, u ressaq idek u qegħedha fuq ġenbi; tkunx bniedem bla fidi, iżda emmen.”

[Ġw:20:28] Wieġeb Tumas u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi !”

[Ġw:20:29] Qallu Ġesù: “Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Wara l-mewt ta’ Ġesu’ Tumas għamel l-iżball li tbiegħed mill-appostli l-oħra u fittex is-solitudni mill-kumpanija ta’ sħabu fil-mumenti ta’ kuntrarju li kienu għaddejin minnu. Meta sa fl-aħħar Tumas kellu l-kuraġġ jingħaqad mal-appostli l-oħra l-Mulej Ġesu’ rrivela l-preżenza tiegħu lilu u assigurah li hu kien tassew rebaħ fuq il-mewt u reġa’ qam. Meta Tumas għaraf lill-Imgħallem tiegħu hu emmen u stqarr li Ġesu’ hu tassew il-Mulej u tassew Alla.

Ħsieb għal Qalbek …

Permezz tad-don tal-fidi, aħna wkoll nistqarru li Ġesu’ hu l-Mulej tagħna u Alla tagħna. Huwa miet u reġa’ qam ħalli aħna wkoll jista’ jkonna ħajja ġdida fih. Il-Mulej joffri lil kull wieħed u waħda minna ħajja ġdida fl-Ispirtu s-Santu ħalli aħna nsiru nafuh personalment u ngħixu f’din it-triq il-ġdida tal-ħajja bil-qawwa tal-qawmien.

Inti temmen fil-Kelma t’Alla u fil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu?

Itlob …

Mulej Ġesu’ Kristu bir-rebħa tiegħek fuq il-mewt inti irbaħt fuq is-Saltna tad-dlamijiet. Għenni biex nersaq aktar qribek u biex nafda f’Kelmtek li tagħti l-ħajja, imlieni bl-Ispirtu s-Santu u saħħaħ il-fidi tiegħi fil-wegħdiet tiegħek u t-tama tiegħi fil-qawmien. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s