271. Riflessjoni fuq Ġwanni 13: 31-35

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Ġwanni 13: 31-35

jesus-disciplies-dinner

L-Evanġelju skont San Ġwann 13: 31-35

[Ġw:13:31] Kif ħareġ Ġuda, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla.

[Ġw:13:32] Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah.

[Ġw:13:33] Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom; intom tfittxuni, u bħalma għedt lil-Lhud, hekk ukoll ngħidu issa lilkom: Fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu.

[Ġw:13:34] Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin.

[Ġw:13:35] Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Alla kif juri l-glorja tiegħu lejna?

Fid-diskors tiegħu tal-aħħar Ċena Ġesu’ jitkellem fuq il-glorja tiegħu u fuq il-glorja ta’ Missieru.

X’inhi din il-glorja?

Hawn Ġesu’ qed jitkellem fuq is-salib. Is-salib ta’ Ġesu’ jurina li l-għola glorja fil-ħajja hi l-glorja ta’ meta, aħna b’mod liberu noffru ħajjitna b’sagrifiċċju għall-benefiċċju ta’ ħaddieħor. Fis-salib Alla jirrevela l-imħabba kbira tiegħu lejna midinbin u l-qawwa redentiva li tħassar id-dejn tad-dnub u tbiddel is-saħta tal-kundanna tagħna.

Ġesu’ ta lill-Missieru unur u glorja suprema bl-ubbidjenza u bir-rieda tiegħu li jagħti ħajtu fuq is-salib. L-akbar fiduċja li wieħed jista’ jagħti lill-Imgħallem tiegħu hi r-rieda li jobdi dak li jkun id-dover tiegħu, anke sal-punt li jpoġġi lilu nnifsu fil-periklu u fiċ-ċans li ssirlu l-ħsara. L-għola unur huwa mhux ta’ dawk li jgħaddu mit-tiġrib imma jirnexxielhom jeħilsu minnu, imma ta’ dawk li joffru ħajjithom b’sagrifiċċju.

Ġesu’ wkoll jitkellem fuq il-Missier li jigglorifika lil Ibnu permezz tal-misteru l-kbir tal-inkarnazzjoni u tas-salib. Alla l-Missier tana lill-uniku Iben tiegħu biex jifdina mill-iskjavitu tad-dnub u tal-mewt. Hu b’liberta’ offrilna lil Ibnu b’sagrifiċċju ta’ tpattija għad-dnubiet tagħna u għal dawk tad-dinja kollha.

Ħsieb għal Qalbek …

M’hemmx prova akbar tal-imħabba t’Alla għalina mis-salib ta’ Kristu Ġesu’. Fis-salib naraw l-imħabba b’mod ġdid. Imħabba li mijiex egoista, imħabba li lesta tissagrifika kollox, li taħfer u li turi tjieba u ħniena aktar milli nistgħu nifhmu. Ġesu’ jikkmandana lilna d-dixxipli tiegħu biex inħobbu lil xulxin bħalma ħabbna hu. Kif nistgħu nħobbu lil xulxin mingħajr egoiżmu bi mħabba b’sagrifiċċju u bil-ħniena. Bir-rebħa tas-salib u l-qawmien aħna għandna aċċess għall-grazzja u l-ħniena t’Alla. Alla jagħtina ħajja ġdida permezz tad-don tal-Ispirtu s-Santu li jimla ‘l qalbna bil-fidi, bit-tama u bl-imħabba. Filwaqt li nduru lejn Alla b’fiduċja u b’ubbidjenza, Hu jittrasforma lil qlubna u jagħmilna ħielsa biex inkunu nistgħu nħobbu lil xulxin b’tjieba, bi ħniena u b’ġentilezza qaddisa.

U inti trid tagħti glorja lil Alla bil-mod kif tħobb lill-oħrajn? L-imħabba t’Alla tilqaħha u taqsamha mall-oħrajn?

Itlob …

Mulej Ġesu’, l-imħabba tiegħek ma tafx limiti u l-ubbidjenza tiegħek lejn il-Missier tbiddel is-saħta tad-diżubbidjenza tagħna, agħmel li jiena nagħti glorja lilek bis-sagrifiċċju tar-rieda tiegħi għar-rieda tal-Missier u bl-imħabba u l-ħniena tiegħi lejn l-oħrajn, kemm lejn dawk li jittrattawni sewwa kif ukoll lejn dawk li jikkawżawli wġigħ u weġgħat.

Ħelwa Marija, omm twajba tiegħi, għallimni nibqa’ nħobb kif int u Ibnek tħobbu lilna u nippersevera f’din l-imħabba sal-aħħar kif inti tibqa’ tħobbna, anke meta nikkawżawlek dulur fil-qalb tiegħek bi dnubietna. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s