270. Riflessjoni fuq Ġwanni 12: 20-33

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Ġwanni 12: 20-33

800px-grain-field

L-Evanġelju skont San Ġwann 12: 20-33

[12:20] Fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi.

[12:21] Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: “Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù.”

[12:22] Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù.

[12:23] U Ġesù weġibhom: “Waslet is-siegħa li fiha Bin il-bniedem ikun igglorifikat.

[12:24] Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.

[12:25] Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem.

[12:26] Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ.

[12:27] “Issa qiegħed inħoss ruħi mħawwda. U x’naqbad ngħid? Missier, eħlisni minn din is-siegħa? Imma jien għalhekk ġejt: għal din is-siegħa.

[12:28] Missier, agħti glorja lil ismek.” Dak il-ħin instama’ leħen mis-sema: “Jiena diġà gglorifikajtu, u nerġa’ nigglorifikah.”

[12:29] In-nies li kienu hemm semgħuh, u qalu li kien qiegħed iriegħed. Oħrajn qalu: “Kellmu xi anġlu.”

[12:30] Ġesù wieġeb: “Dan il-leħen ma ġiex għalija, imma għalikom.

[12:31] Il-ġudizzju ta’ din id-dinja qiegħed isir issa. Issa se jitkeċċa l-Prinċep ta’ din id-dinja.

[12:32] U meta nintrefa’ ‘l fuq mill-art, jiena niġbed il-bnedmin kollha lejja.”

[12:33] Hu qal dan biex jurihom b’liema mewt kien sejjer imut.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’inhu l-aktar investiment importanti li inti tista’ tagħmel b’ħajtek?

Ġesu’ qed jiftħilna għajnejna u jurina nilmħu ċar li la l-flus u lanqas l-affarijiet materjali kollha li aħna nsejħu tagħna ma jistgħu jixtru l-ġenna, ifejqu qalb maqsuma, jew ifarrġu lil xi ħadd li qed iħossu waħdu.

Ġesu’ qed jistaqsi: “Xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?”

Kulma għandna hu mogħti lilna bħala Rigal minn għand Alla Missierna. Aħna nafu kollox lilu, inkluż ħajjitna stess.

Ħsieb għal Qalbek …

Dixxiplu veru hu lest li jħalli kollox warajh u li ma jħallix li qalbu tintrabat ma’ dak li huwa materjali, imma jżomm ruħu ħieles biex hekk ikun jista’ jikseb il-ferħ tal-Ħajja m’Alla li ma tintemm qatt. Is-Salib ta’ Kristu jwassal għar-rebħa u l-ħelsien mid-dnub u l-mewt.

Liema hu s-Salib li Ġesu’ qed jikkmandak biex terfa’ u ġġorr ta’ kuljum?

Meta r-rieda tiegħi ma tidhirx li taqbel ma’ dik tal-Mulej, hi tal-Mulej li għandha sseħħ.

Int lest titlef kollox għal Ġesu’ Kristu biex tikseb kollox ma’ Ġesu’ Kristu?

Itlob …

Ħu Mulej u ilqa’ l-liberta’ tiegħi kollha, il-memorja tiegħi, id-dehen tiegħi u r-rieda kollha tiegħi. Kulma għandi u kulma hu tiegħi dan kollu Int tajtuli. Lilek Mulej inroddu. Kollox hu Tiegħek, agħmel minnu għal kollox kif trid Int. Lili, agħtini mħabbtek u l-grazzja Tiegħek din biżżejjed għalija. Ammen.

 

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s