265. Riflessjoni fuq Ġwanni 8: 21-30

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Ġwanni 8: 21-30

d8e4724856620d62cbdff3adce7c0804.149086222932

L-Evanġelju skont San Ġwanni 8: 21-30

[Ġw:8:21] U raġa’ qalilhom: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.”

[Ġw:8:22] Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? Għax qal li ‘Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu’.”

[Ġw:8:23] Ġesù qalilhom: “Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq. Intom nies ta’ din id-dinja, imma jien m’iniex ta’ din id-dinja.

[Ġw:8:24] Kif għedtilkom jien, intom tmutu fi dnubietkom. Għax jekk intom ma temmnux li jiena hu, tmutu fi dnubietkom.”

[Ġw:8:25] “U int min int?” staqsewh. Weġibhom Ġesù: “Dak li ili ngħidilkom sa mill-bidu.

[Ġw:8:26] Għandi ħafna xi ngħid fuqkom u x’nikkundanna fikom; iżda dak li bagħatni jgħid il-verità, u jiena ngħid lid-dinja dak li smajt mingħandu.”

[Ġw:8:27] Huma ma ntebħux li kien qiegħed ikellimhom fuq il-Missier.

[Ġw:8:28] Għalhekk Ġesù qalilhom: “Meta terfgħu ‘l fuq lil Bin il-bniedem, mbagħad tagħrfu li jiena hu u li minn rajja ma nagħmel xejn, imma li nitkellem skont ma għallimni l-Missier.

[Ġw:8:29] U min bagħatni huwa miegħi, ma telaqnix waħdi, għax jiena dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu.”

[Ġw:8:30] Meta tkellem hekk, kienu ħafna dawk li emmnu fih.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Inti taf dwar il-qawwa tas-salib ta’ Kristu li tfejqek?

Meta n-nies t’Iżrael kienu mġarrba u migduma mis-sriep fid-deżert minħabba dnubiethom, Alla ta dawn l-istruzzjonijiet lil Mosè. ‘Agħmel serp tal-bronż velenuż u waħħlu m’arblu u kull min jingidem u jħares lejh ifieq u jgħix.’ Dan insibuh fil-ktieb tan-Numri kapitlu 21 vers 8.

Is-serp tal-bronż jipponta lejn is-salib ta’ Kristu li jirbaħ fuq id-dnub u l-mewt u jikseb il-ħajja ta’ dejjem lil dawk li jemmnu.

Ħsieb għal Qalbek …

Ir-riżultat ta’ Ġesu’ li jiġi merfugħ ‘il fuq fuq is-salib u l-qawmien u t-tlugħ lejn in-naħa tal-lemin tal-Missier huma t-twelid ġdid fl-ispirtu u l-adozzjoni tagħna bħala wlied Alla. Alla mhux biss isalvana, imma wkoll jimliena bil-ħajja Divina tiegħu u bil-qawwa biex naqsmu fil-glorja tiegħu. Ġesu’ jagħtina l-Ispirtu s-Santu biex aħna jkollna l-qawwa nkunu xhieda tiegħu u nxerdu l-aħbar tal-Evanġelju bil-Kelma u bl-azzjoni u li qatt ma nistħu mis-salib ta’ Kristu.

U inti lest li tkun xhud tal-verita’ u tal-ferħ tal-Evanġelju ma’ dawk kollha ta’ madwarek?

Itlob …

Mulej Ġesu’, agħtini llum li nidderieġi u nqaddes biex nikkmanda u nsaltan fuq qalbi u fuq ġismi sabiex kull ħsieb, kull kelma u kull azzjoni minn tiegħi jkunu skont il-liġi t’Alla Missieri.

Għażiża u ħelwa ommi Marija, tħallix li jiena ma nibbenifikax mis-Salvazzjoni u l-protezzjoni li tiġini mill-għajnuna kontinwa tiegħek u t’Ibnek Ġesu’, imma għallimni nilqa’ l-ġid kollu li intom ħejjejtu għalija. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s