🌻 Tista’ tipprova b’mod xjentifiku l-imħabba ta’ bejnietna? Jekk tgħid li ommok, missierek, it-tfajla, il-ġuvni, martek, żewġek, uliedek, il-familjari jew ħbiebek iħobbuk, kif tista’ tkun ċert minn dan? L-imħabba ma tistax tanalizzha taħt l-ebda strument xjentifiku.
🌻 Forsi hawn tgħiduli li tafu li persuna tħobbkom għax turikom rispett, tgħinkom, tieħu ħsiebkom, jimpurtha minn dak li tkunu għaddejjin minnu. Imma dawn kollha huma l-AZZJONIJIET tal-persuna li tħobbkom u mhux l-IMĦABBA fiha nnifisha.
- is-sbuħija tal-ħolqien,
- il-paċi fil-qalb ta’ dawk li jimxu fuq il-Kelma tiegħU,
- il-persuni li jieħdu ħsiebna u jimpurthom minna eċċ… kollox rigal tiegħU!