238. Riflessjoni fuq Mattew 1: 1-17

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 1: 1-17

800px-Titian_-_The_Holy_Family_with_a_Shepherd_-_Google_Art_Project

L-Evanġelju skont San Mattew 1: 1-17

[Mt:1:1] Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham.

[Mt:1:2] Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu,

[Mt:1:3] Ġuda nissel lil Fares u lil Żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram,

[Mt:1:4] Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon,

[Mt:1:5] Salmon nissel lil Bogħaż minn Raħab, Bogħaz nissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse,

[Mt:1:6] Ġesse nissel lil David, is-sultan.

[Mt:1:7] Salamun nissel lil Robogħam, Robogħam nissel lil Abija, Abija nissel lil Asa,

[Mt:1:8] Asa nissel lil Ġosafat, Ġosafat nissel lil Ġoram, Ġoram nissel lil Għużżija,

[Mt:1:9] Għużżija nissel lil Ġotam, Ġotam nissel lil Aħaż, Aħaż nissel lil Ħeżekija,

[Mt:1:10] Ħeżekija nissel lil Manassi, Manassi nissel lil Amon, Amon nissel lil Ġosija,

[Mt:1:11] Ġosija nissel lil Ġekonija u lil ħutu; kien żmien l-eżilju f’Babilonja.

[Mt:1:12] Wara l-eżilju f’Babilonja, Ġekonija nissel lil Salatjel, Salatjel nissel lil Żorobabel,

[Mt:1:13] Żorobabel nissel lil Abiħud, Abiħud nissel lil Eljakim, Eljakim nissel lil Ażor,

[Mt:1:14] Ażor nissel lil Sadok, Sadok nissel lil Akim, Akim nissel lil Eliħud,

[Mt:1:15] Eliħud nissel lil Elgħażar, Elgħażar nissel lil Mattan, Mattan nissel lil Ġakobb,

[Mt:1:16] Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejjħulu l-Messija.

[Mt:1:17] Mela n-nisel kollu kien, minn Abraham sa David, erbatax-il nisel, minn David sa l-eżilju ta’ Babilonja, erbatax-il nisel; u mill-eżilju ta’ Babilonja sal-Messija, erbatax-il nisel.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Inti temmen li Alla jwettaq tassew kull wegħda li jagħmel?

San Mattew jiftaħ l-Evanġelju tiegħu billi jagħtina l-arblu tar-razza ta’ Ġesu’. Għaliex għamlu dan? Bih ried jurina li Ġesu’, Iben veru ta’ Marija, hu tassew il-wegħda li Alla għamel lis-sultan David nisel Abraham il-missier ta’ kotra kbira ta’ ġnus. Il-wegħda kienet dik li min nislu għad joħroġ Salvatur u Sultan li jsaltan fuq il-poplu bil-ġustizzja u s-sliem u li ma jkunx hemm tmiem għas-Saltna tiegħu.

Marija kellha taffaċċja sfida kbira għall-fidi u l-fiduċja tagħha f’Alla u għall-fidi tal-familja tagħha u ta’ Ġużeppi r-raġel li kellha tiżżewweġ. Hi ġiet mitluba terfa’ toqol ta’ responsabbilta’ kbira. Qatt ma kien instema’ qabel li tarbija setgħet titwieled mingħajr l-intervent naturali tal-missier.

Ħsieb għal Qalbek …

Interessanti li wieħed jinnota minn dan ir-rakkont tal-lum li tant kellha fidi Marija u ntelqet b’fiduċja f’idejn Alla, li jidher li kien b’intervent sopranaturali li Ġużeppi sar jaf b’dan li kellu jseħħ f’Marija. Infatti, l-anġlu ma qalx lil Ġużeppi; emmen dak li qaltlek Marija dwar l-Ispirtu s-Santu, imma qallu dan il-kliem. ‘Dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu.’

Bl-istess mod li hija fdat lil Alla biex jieħu ħsieb hu biex iwassal lil Ġużeppi jemmen li hi ħarġet tqila bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu, hi fdatu li hu kien se jipproteġiha min-nies. Dak iż-żmien il-liġi kienet tgħid li Ġużeppi seta’ jikxef li Marija ħarġet tqila u kienu jħaġġruha. Hi setgħet ġiet imwarrba minn Ġużeppi u l-familjari tagħha. Setgħet ġiet maqtula bl-Iben t’Alla li kien għadu kemm tnissel fiha. Imma f’din il-kriżi tal-għaġeb li kienet tinsab fiha, hi temmen lil Alla tafdah u b’din l-attitudni tagħha hi l-aktar ħlejqa li għoġbot lil Alla.

U inti b’liema mod qiegħed togħġob lil Alla? Ħajtek tirrifletti l-imħabba li għandek lejn Alla?

Itlob …

Mulej Ġesu’, inti għażilt li minn Alla ssir bniedem, li minn għani ssir fqir għalija. Agħmel li jien ngħix skont kif urejtni int ħalli jien minn bniedma midinba u fqajra, insir nixbah dejjem iżjed lilek.

Għażiża Marija, int li b’fiduċja kbira ntlaqt f’idejn Alla, agħmel li jien bit-talb tiegħek u bl-għajnuna tiegħek inkun nista’ wkoll nafda lil Alla f’kull ċirkustanza tal-ħajja tiegħi u ngħix l-qdusija li jitlob minni hu. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s