232. Riflessjoni fuq Mattew 11: 28-30

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 11: 28-30

come-to-me-all-who-are-burdened-matthew-11-28-29-jesus-asks-us-to-go-to-him-pope-benedict-19-july-2018

L-Evanġelju skont San Mattew 11: 28-30

[Mt:11:28] F’dak iż-żmien, Ġesu qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.

[Mt:11:29] Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom.

[Mt:11:30] Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Għalxiex qed jirreferi Ġesu’ meta jitkellem dwar it-toqol fil-Vanġelu?

Il-Lhud kienu jużaw l-immaġini tal-madmad biex jesprimu sottomissjoni lejn Alla. Kienu jitkellmu dwar il-madmad tal-liġi, dwar dak tal-Kmandamenti, dak tas-Saltna u dak t’Alla. Ġesu’ tkellem u qal illi t-toqol tiegħu hu ħafif. Il-kelma griega għal ħafif tista’ tfisser ukoll dak illi joqgħod sew. Aħna kkmandati biex inpoġġu fuqna l-madmad ħelu ta’ Ġesu’ u biex ngħixu t-triq tas-sema fejn hemm il-ħajja u l-ferħ. L-ebda toqol ma hu tqil iżżejjed meta merfugħ bi mħabba.

Ħsieb għal Qalbek …

Ġesu’ joffrilna Saltna ġdida ta’ ġustizzja, ta’ paċi u ta’ ferħ. Fis-Saltna tiegħu d-dnubiet mhumiex biss maħfura, imma mneħħija u l-ħajja eterna timla liċ-ċittadini kollha tagħha. Din mhijix saltna politika, imma waħda spiritwali. It-toqol tas-Saltna ta’ Kristu u t-triq tal-ħajja tiegħu teħlisna mit-toqol tal-ħtija u mill-oppressjoni tad-dnub u tax-xewqat ħżiena.

Ġesu’ biss jista’ jerfa’ t-toqol tad-dnub u l-madmad tan-nuqqas ta’ tama. Ġesu’ uża l-analoġija tal-madmad biex jispjega kif aħna nistgħu impartu t-toqol tad-dnub u tad-disperazzjoni mat-toqol tal-glorja u tal-liberazzjoni mid-dnub. Il-madmad li Ġesu’ jistedinna biex aħna nitgħannqu miegħu huwa t-triq tal-grazzja u l-ħelsien mill-qawwa tad-dnub.

U inti tafda fl-imħabba t’Alla u tissottometti lilek inifsek għar-rieda tiegħu u għall-pjan tiegħu f’ħajtek?

Itlob …

Mulej Ġesu’ ħeġġeġ lil qalbi bi mħabba għalik u bi mħabba għat-triqat tiegħek u għenni biex jiena impartat it-toqol tar-ribelljoni tiegħi mat-toqol tal-glorja u tal-qdusija tiegħek. Agħmel li jiena nkun inħobb il-Kelma tiegħek.

Għażiża ommi Marija, Omm dejjem attenta għall-ħtiġijiet tiegħi, itlob miegħi u għalija biex qalbi tkun ħielsa minn kull dnub tal-injoranza u minn kull suppervja tar-ribelljoni ħalli jien nixtieq biss dak li hu tajjeb u skont ir-rieda t’Alla. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s