229. Riflessjoni fuq Mattew 9: 35 – 10: 1, 6, 8

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 9: 35 – 10: 1, 6, 8

quem-foram-os-12-apostolos-de-jesus-cristo

L-Evanġelju skont San Mattew 9: 35 – 10: 1, 5-8

[Mt:9:35] Fdak iż-żmien, Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu.

[Mt:9:36] Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj.

[Mt:9:37] Mbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit.

[Mt:9:38] Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu.”

[Mt:10:1] Sejjaħ lejh it-tnax-il dixxiplu tiegħu, u tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena biex ikeċċuhom, u jfejjqu kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu.

[Mt:10:5] Lil dawn it-tnax Ġesù bagħathom b’dawn l-ordnijiet: “Taqbdux triq il-pagani, u tidħlux f’belt tas-Samaritani;

[Mt:10:6] imma qabel xejn morru fittxu n-nagħaġ il-mitlufa tad-dar ta’ Iżrael.

[Mt:10:7] Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet.

[Mt:10:8] Fejjqu l-morda, qajjmu l-mejtin, fejjqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

L-ewwel nett Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu. ‘B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.’ Dak li kienu rċevew mingħand Ġesu’ jridu jgħadduh lill-oħrajn mingħajr ma jistennew xi ħlas għalih. Riedu juru bl-attitudni tagħhom li l-ewwel interess tagħhom huwa Alla u mhux il-qliegħ materjali. Riedu jservu mingħajr skopijiet ħżiena mimlija bil-karita’ u l-paċi u bis-sempliċita’. Riedu jitfgħu l-attenzjoni tagħhom fuq ix-xandir tas-Saltna t’Alla u mhux jiġu mfixxkla b’affarijiet ta’ inqas importanza. Riedu jivvjaġġaw ħfief jieħdu biss dak li kien l-essenzjal u jħallu warajhom dak li setgħa jiddistrattahom biex ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-ħidma tax-xandir tal-Kelma t’Alla. Kellhom jagħmlu dan ix-xogħol mhux għal dak li setgħu jiksbu minnu, imma għal dak li setgħu jagħtu b’xejn lill-oħrajn mingħajr ma jistennew xi privileġġi speċjali jew xi forma ta’ ħlas.

Il-faqar tal-ispirtu jeħlisna mill-kilba u l-preokkupazzjoni fuq dak li għandu jkollna u joħloq fina spazju għall-providenza t’Alla. Il-Mulej irid li d-dixxipli tiegħu jkunu dipendenti fuqu u mhux fuqhom infushom. It-tieni Ġesu’ qal: ‘Il-ħaddiem ħaqqu ħobżu.’ Hawn naraw verita’ doppja. Il-ħaddiem t’Alla m’għandux ikun ippreokkupat fuq l-affarijet materjali, imma l-poplu t’Alla m’għandu qatt jonqos milli fid-dover tiegħu jagħti lill-ħaddiem t’Alla dak li għandu bżonn biex jgħix.

Inti titlob għall-ħidma tax-xandir tal-Evanġelju u tissaportja bir-riżorsi materjali tiegħek?

Ħsieb għal Qalbek …

Ġesu’ jtemm l-istruzzjonijiet tiegħu bi twissija. Jekk in-nies tirrifjuta l-istedina t’Alla jkunu jġibu l-kundanna fuqhom infushom. Meta Alla jagħtina l-Kelma tiegħu din hemm magħha reponsabbiltajiet kbar li nwieġbu għaliha. L-indifferenza m’għandhiex postha hawn. Bil-mod kif inwieġbu għall-Kelma jew aħna favur jew kontra Alla. Alla jagħtina l-Kelma tiegħu ħalli aħna jkollna l-ħajja fih. Hu jrid jaħdem fina u permezz tagħna għall-glorja tiegħu. Alla jaqsam il-Kelma tiegħu magħna u jibgħatna biex inxandruha b’konvinzjoni u b’sempliċita’ lill-oħrajn.

Int tagħti xhieda tal-verita’ u l-ferħ tal-Vanġelu bil-kliem u bl-eżempju tiegħek quddiem dawk ta’ madwarek?

Itlob …

Mulej agħmel li l-ferħ u l-verita’ tal-Vanġelu jitrasforma lil ħajti ħalli jien nagħti xhieda tiegħek ma’ dawk ta’ madwari. Agħtini li nxandar il-verita’ u d-dawl tiegħek kulfejn immur. Ammen.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s