200. Riflessjoni fuq Luqa 14: 15-24

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 14: 15-24

2018-06-10-Parable-of-the-Great-Supper-Harold-Copping

L-Evanġelju skont San Luqa 14: 15-24

[Lq:14:15] Fdak iż-żmien, wieħed minn dawk li kienu ma Ġesu għall-mejda, meta semgħu jgħid dan, qallu: “Hieni min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla.”

[Lq:14:16] Iżda hu wieġeb: “Wieħed raġel għamel pranzu kbir u stieden ħafna nies.

[Lq:14:17] Meta sar il-ħin għall-ikel, bagħat lill-qaddej tiegħu għand il-mistednin biex jgħidilhom, ‘Ejjew, għax ġa lest kollox.’

[Lq:14:18] Imma lkoll xorta waħda bdew isibu xi skuża. L-ewwel wieħed qallu, ‘Xtrajt għalqa, u jeħtieġli mmur naraha; nitolbok tagħdirni.’

[Lq:14:19] Ieħor qallu, ‘Xtrajt ħames żwieġ barrin, u sejjer nara x’jagħtu; nitolbok tagħdirni.’

[Lq:14:20] Ieħor qallu, ‘Iżżewwiġt, għalhekk ma nistax niġi.’

[Lq:14:21] Il-qaddej raġa’ lura għand sidu u qallu kollox. Is-sinjur, b’korla fuqu, qal lill-qaddej tiegħu, ‘Ħaffef, oħroġ fil-pjazez u t-triqat tal-belt, u daħħal hawn il-foqra u l-magħtuba u l-għomja u z-zopop.’

[Lq:14:22] Il-qaddej imbagħad qallu, ‘Sar kif ordnajt int, sinjur, u għad hemm il-wisa’.’

[Lq:14:23] ‘Oħroġ fil-mogħdijiet u fl-għelieqi,’ qal is-sid lill-qaddej, ‘u ġiegħel in-nies tidħol, ħalli dari timtela.

[Lq:14:24] Għax kif ngħidilkom jien, ebda wieħed minn dawk li kienu mistiedna ma jduq l-ikel tiegħi.'”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’dawl jista’ jitfa’ dan it-tieġ tar-re fuq x’inhi s-Saltna t’Alla?

Waħda mill-isbaħ immaġini tal-ġenna li nsibu fl-Iskrittura hi propju l-festa b’ikel fin u ċ-ċelebrazzjoni ta-tieġ reali li ħejja r-re għal ibnu. Infatti fl-aħħar ktieb tal-Bibbja, il-ktieb tal-Apokalissi nsibu dawn il-kliem: “ L-Ispirtu u l-għarusa jgħidu: ‘ejja.’ ” f’kapitlu 22 vers 17. X’insult kbir għall-mistednin li jirrifjutaw l-istedina tar-re u poġġew l-interessi tagħhom qabel tiegħu. Ġesu’ hawn kien qed jagħti twissija lil Lhud li Alla stedinhom qabel kulħadd biex jaqsmu fl-istess ferħ tas-Saltna tiegħu. Għalhekk il-konsegwenza tat-traskuraġni tagħhom biex jilqgħu din l-aqwa stedina kienet tassew se sseħħ għal dawk li jibqgħu ma jagħtux qima lis-Sultan ta’ dejjem u lil Ibnu li huwa bgħatt.

Ħsieb għal Qalbek …

Il-grazzja hi rigal mogħti għalina b’xejn mingħand Alla, imma huwa fih innifsu responsabbilta’ enormi. Alla jistieden lil kull wieħed u waħda minna għat-tieġ tiegħu ħalli aħna naqsmu fis-sebħ u fil-ferħ tiegħu.

Inti mħejji biex tiċċelebra fil-mejda b’ikel bnin tat-tieġ tal-Mulej?

Itlob …

Mulej ħallini nibqa’ ngħix dejjem għall-kenn tal-preżenza tiegħek u nikber fit-tama li għad narak wiċċ imb’wiċċ fis-Saltna tiegħek ta’ bla tmiem. Għażiża Marija, Omm ir-Re ta’ dejjem idħol għalija b’talbek u ħejjini bl-istess talbek biex meta jasal il-waqt jiena bħalek ikun jistħoqqli post fis-Saltna m’Ibnek fil-ġenna. Ammen.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s