188. Riflessjoni fuq Luqa 12: 8-12

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 12: 8-12

00.159.90_PS1

L-Evanġelju skont San Luqa 12: 8-12

[Lq:12:8] F’dak iż-żmien, Ġesu qal: “U ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta’ Alla.

[Lq:12:9] Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien niċħad lilu quddiem l-anġli ta’ Alla.

[Lq:12:10] U kull min jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu; iżda min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirlux.

[Lq:12:11] Meta jeħdukom quddiem is-sinagogi u l-kapijiet u s-setgħat, toqogħdux tħabblu raskom kif sejrin twieġbu jew x’sejrin tgħidu,

[Lq:12:12] għax l-Ispirtu s-Santu jgħallimkom dak il-ħin stess x’għandkom tgħidu.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’inhu d-dnub li ma jinħafirx u li Ġesu’ jwissina dwaru biex nevitawh?

Ġesu’ jaf li d-dixxipli tiegħu se jgħaddu mill-prova u jassigurahom li l-Ispirtu s-Santu se jagħtihom dak li għandhom bżonn fil-mument ta’ kuntrarju. Hu jwissihom imma, illi huwa possibli li wieħed jiċħad u jirrifjuta l-grazzja t’Alla li jitlef saħansittra l-fidi, kawża tal-bruda, tal-biża’ u tan-nuqqas ta’ twemmin. Fl-Iskrittura nsibu espressjoni li tgħid: ‘Li tiċħad lil xi ħadd ifisser li tidiżonorah.’ Ġesu’ wkoll jitkellem dwar id-dawgħa kontra l-Ispirtu s-Santu.

X’inhi dawgħa u għaliex hi dnub gravi ħafna?

Id-dawgħa tikkonsisti f’li tesprimi fik innifsek u bil-fomm minn barra kliem ta’ mibgħeda, offiża u difiża kontra Alla. Hi kuntrarju għar-rispett li Alla u l-Isem Qaddis tiegħu jixraqlu. Ġesu’ jitkellem dwar li d-dawgħa kontra l-Ispirtu s-Santu ma tinħafirx. Ġesu’ jitkellem dwar dan id-dnub eżatt wara li l-Iskribi u l-Fariżej attribwew il-mirakli tiegħu għall-ħidma tax-xitan minflok għal dik t’Alla. Dnub jista’ biss jiġi maħfur jekk ikun hemm indiema sinċiera u qrara tajba.

Jekk xi ħadd repettivament jagħlaq għajnejh għal Alla u jsodd widnejh għall-vuċi tiegħu jasal f’punt meta ma jkunx jista’ aktar jagħraf lil Alla fejn jista’ jsibu u meta jara l-ħażin bħala tajjeb u t-tajjeb bħala ħażin.

Ħsieb għal Qalbek …

Li tibża’ mid-dnub fl-istess waqt huwa sinjal li inti m’intix mejjet għal Alla u inti konxju tal-bżonn tal-grazzja u l-ħniena t’Alla f’ħajtek. M’hemmx limitu għall-ħniena t’Alla, imma kull min jirrifjuta li jaċċetta l-ħniena tiegħu billi jindem u jirċievi s-Sagrament tal-Qrar ikun jirrifjuta l-maħfra għal dnubietu u s-Salvazzjoni permezz tal-Ispirtu s-Santu. Alla jagħti l-grazzja u l-għajnuna lil kull min jitlobielu b’mod sinċier permezz tas-saċerdot fil-Qrar. Li taqta’ qalbek mill-ħniena t’Alla u tirrifjuta li żżomm ‘il bogħod mid-dnub u nuqqas ta’ twemmin, jirriżulta mis-suppervja u n-nuqqas ta’ tama f’Alla.

X’inhi l-bażi tat-tama u l-fiduċja tagħna f’Alla?

Il-mewt ta’ Ġesu’ fuq is-salib rebħet għalina s-Salvazzjoni u l-Adozzjoni tagħna bħala wlied Alla. L-imħabba u l-ħniena ta’ Ġesu’, il-maħfra tad-dnubiet u d-don tal-Ispirtu s-Santu huma mogħtija b’xejn lil dawk li jagħrfu lil Ġesu’ bħala Sidhom u s-Salvatur tagħhom.

U inti fejn qed tpoġġi t-tama żgura tiegħek? Qiegħda fi Kristu u r-rebħa tiegħu bis-salib u l-qawmien tiegħu mill-mewt?

Itlob …

Mulej Ġesu’, inti t-tama u s-salvazzjoni tiegħi, agħmel li jiena nafda Fik f’kull ħin u li nafda fil-grazzja tiegħek fil-waqt tal-kuntrarju u t-tentazzjoni.

Għażiża Marija, Omm ħelwa tiegħi, itlob għalija u flimkien miegħi biex in-nar tal-Ispirtu s-Santu jaqbad f’qalbi u jimlieni bi mħabba sinċiera u tħeġġeġ għal Ibnek u għalik. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s