183. Riflessjoni fuq Luqa 11: 27-28

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 11: 27-28

hqdefault

L-Evanġelju skont San Luqa 11:27-28

[Lq:11:27] Fdak iż-żmien, waqt li Ġesu kien jitkellem, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!”

[Lq:11:28] Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Ġesu’ qatt ma kien jitlef okkażjoni biex jgħallem lid-dixxipli tiegħu lezzjoni spiritwali u l-verita’ tas-Saltna t’Alla. Ma għandnix dubju dwar ir-rispett u l-imħabba li hu dejjem wera lejn Ommu u l-familjari tiegħu, imma f’din l-okkażjoni fejn ħafna kienu nġabru biex jisimgħu lil Ġesu’ hu tefa’ dawl fuq ir-realta’ għola ta’ relazzjonijiet. Dik ta’ relazzjoni tagħna m’Alla u ma’ dawk li huma t’Alla.

Alla joffrilna l-akbar fost ir-relazzjonijiet. L-unjoni tal-qalb, tal-moħħ u tal-ispirtu tagħna miegħu nnifsu. L-uniku Awtur u s-sors tal-Imħabba. L-Imħabba t’Alla qatt ma’ tiġi nieqsa, qatt ma tinsa, qatt ma tagħmel kompromessi, qatt ma tigdeb, qatt ma tweġġgħana u lanqas tiddiżapuntana. Hu għalhekk li Ġesu’ joffri sfida lid-dixxipli tiegħu u anke lill-istess familjari tiegħu ta’ din id-dinja biex jagħrfu li Alla huwa l-vera sors tar-relazzjonijiet kollha. Alla jrid li r-relazzjonijiet kollha tagħna jkollhom l-għeruq tagħhom fl-Imħabba tiegħu.

Ħsieb għal Qalbek …

L-Addozzjoni tagħna bħala wlied t’Alla tittrasforma r-relazzjonijiet ta’ bejnietna u tirrikjedi, ordni ġdida ta’ lealta’ lejn Alla l-ewwel u lejn is-Saltna tiegħu tas-sewwa u tal-paċi.

Inti trid tikber fl-imħabba u fir-relazzjonijiet?

Ħalli l-Ispirtu t’Alla jittrasforma lil qalbek, lil moħħok u lir-rieda tiegħek biex tkun tista’ tħobb b’mod sħiħ bil-liberta’ u l-ġenerożita’ kif iħobbna Hu.

Itlob …

Missier tas-Sema, Int tberikna bil-familjari u l-ħbieb kemm dawk spiritwali kif ukoll dawk naturali. Għenni nħobb b’qalb kbira bil-mogħdrija u l-ħlewwa. Agħmel li dejjem nagħżel u nfittex ir-rieda Mqaddsa tiegħek ħalli nagħmel dejjem dak li hu tajjeb, li hu mimli mħabba fir-relazzjonijiet kollha tiegħi. Ammen.

 

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s