170. Riflessjoni fuq Luqa 9: 1-6

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 9: 1-6

maxresdefault-1

L-Evanġelju skont San Luqa 9: 1-6

[Lq:9:1] Sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejjqu l-mard

[Lq:9:2] U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejjqu l-morda.

[Lq:9:3] U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi.

[Lq:9:4] Jekk tidħlu f’xi dar, ibqgħu hemm sa ma tiġu biex titilqu.

[Lq:9:5] Jekk ma jilqgħukomx, oħorġu minn dik il-belt u farfru sa t-trab tagħha minn ma’ riġlejkom bħala xhieda kontrihom.”

[Lq:9:6] Ħarġu, mela, u bdew iduru l-irħula jxandru l-Evanġelju u jfejjqu l-morda kullimkien.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

L-ewwel nett Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu. ‘B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu.’ Dak li kienu rċevew minn għand Ġesu’ jridu jgħadduh lill-oħrajn mingħajr ma jistennew xi ħlas għalih. Riedu juru bl-attitudni tagħhom li l-ewwel interess tagħhom huwa Alla u mhux il-qliegħ materjali. Riedu jservu mingħajr skopijiet ħżiena mimlija bil-karita’ u l-paċi u bis-sempliċita’. Riedu jitfgħu l-attenzjoni tagħhom fuq ix-xandir tas-Saltna t’Alla u mhux jiġu mfixxkla b’affarijiet ta’ inqas importanza. Riedu biss jivvjaġġaw ħfief jieħdu biss dak li kien l-essenzjal u jħallu warajhom dak li setgħa jiddistratahom biex ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-ħidma tax-xandir tal-Kelma t’Alla. Kellhom jagħmlu dan ix-xogħol mhux għal dak li setgħu jiksbu minnu, imma għal dak li setgħu jagħtu b’xejn lill-oħrajn mingħajr ma jistennew xi privileġġi speċjali jew xi forma ta’ ħlas.

Il-faqar tal-ispirtu jeħlisna mill-kilba u l-preokkupazzjoni fuq dak li għandu jkollna u joħloq fina spazju għall-providenza t’Alla. Il-Mulej irid li d-dixxipli tiegħu jkunu dipendenti fuqu u mhux fuqhom innfushom. It-tieni Ġesu’ qal: ‘Il-ħaddiem ħaqqu ħobżu.’ Hawn naraw verita’ doppja. Il-ħaddiem t’Alla m’għandux ikun ippreokkupat fuq l-affarijet materjali, imma l-poplu t’Alla m’għandu qatt jonqos milli fid-dover tiegħu jagħti lill-ħaddiem t’Alla dak li għandu bżonn biex jgħix.

Inti titlob għall-ħidma tax-xandir tal-Evanġelju u tissaportja bir-riżorsi materjali tiegħek?

Ħsieb għal Qalbek …

Ġesu’ jtemm l-istruzzjonijiet tiegħu bi twissija. Jekk in-nies tirrifjuta l-istedina t’Alla jkunu jġibu l-kundanna fuqhom innfushom. Meta Alla jagħtina l-Kelma tiegħu din hemm magħha reponsabbiltajiet kbar li nwieġbu għaliha. L-indifferenza m’għandhiex postha hawn. Bil-mod kif inwieġbu għall-Kelma jew aħna favur jew kontra Alla. Alla jagħtina l-Kelma tiegħu ħalli aħna jkollna l-ħajja fih. Hu jrid jaħdem fina u permezz tagħna għall-glorja tiegħu. Alla jaqsam il-Kelma tiegħu magħna u jibgħatna biex inxandruha b’konvinzjoni u b’sempliċita’ lill-oħrajn.

Int tagħti xhieda tal-verita’ u l-ferħ tal-Vanġelu bil-kliem u bl-eżempju tiegħek quddiem dawk ta’ madwarek?

Itlob …

Mulej għamel li l-ferħ u l-verita’ tal-Vanġelu jitrasforma lil ħajti ħalli jien nagħti xhieda tiegħek ma’ dawk ta’ madwari. Agħtni li nxandar il-verita’ u d-dawl tiegħek kulfejn immur. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s