167. Riflessjoni fuq Luqa 8: 4-15

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 8: 4-15

four_soils_stained_glass_by_jasamdjole-d8vkdt2

L-Evanġelju skont San Luqa 8: 4-15

[Lq:8:4] F’dak iż-żmien, inġemgħet kotra kbira ta’ nies li kienu ġejjin lejh minn kull belt, u Ġesu qalilhom din il-parabbola:

[Lq:8:5] “Wieħed bidwi ħareġ jiżra’ ż-żerriegħa li kellu. Huwa u jiżra’, xi żerrigħat waqgħulu mal-mogħdija u ntrifsu, u l-għasafar ta’ l-ajru naqqruhom kollha.

[Lq:8:6] Oħrajn waqgħu fuq il-blat, u nibtu u nixfu, għax tira ma kellhomx.

[Lq:8:7] Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom.

[Lq:8:8] Oħrajn waqgħu f’art tajba, u nibtu u għamlu l-frott kull waħda mija.” Kif qal dan, rafa’ leħnu u qal: “Min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”

[Lq:8:9] Id-dixxipli tiegħu staqsewh x’kienet dik il-parabbola.

[Lq:8:10] U hu qalilhom: “Lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna ta’ Alla, iżda lill-bqija bil-parabboli, biex iħarsu u ma jarawx, u jisimgħu u ma jifhmux.

[Lq:8:11] “Il-parabbola, mela, hija din; iż-żerriegħa hi l-kelma ta’ Alla.

[Lq:8:12] Dawk ta’ matul il-mogħdija huma dawk li jisimgħu, mbagħad jiġi x-Xitan u jaħtfilhom il-kelma minn qalbhom, li ma jmorrux jemmnu u jsalvaw.

[Lq:8:13] Dawk ta’ fuq il-blat huma dawk li, meta jisimgħu l-kelma, jilqgħuha bil-ferħ, iżda billi ma jkollhomx għeruq jemmnu għal ftit taż-żmien, u meta jiġi fuqhom it-tiġrib jitilqu.

[Lq:8:14] Dawk li jaqgħu qalb ix-xewk huma dawk li jisimgħu, iżda aktar ‘il quddiem l-inkwiet żejjed u l-għana u l-pjaċiri tal-ħajja joħonquhom u l-frott tagħhom ma jsirx.

[Lq:8:15] Imma dawk li jaqgħu f’art tajba huma dawk li jisimgħu l-kelma b’qalb tajba u sinċiera, jgħożżuha, u jagħmlu l-frott billi jżommu sħiħ.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Kemm tisma’ b’attenzjoni l-Kelma t’Alla?

Alla hu dejjem lest biex ikellem lil kull wieħed u waħda minna u biex ifhemna din l-istess Kelma tiegħu. Il-parabbola ta’ Ġesu’ hi twissija għal dawk li jisimgħu u jxandru l-Kelma tiegħu.

X’jagħmilna indifferenti u traskurati għall-Kelma t’Alla?

L-inkwiet żejjed għal bosta affarijiet. Dan jista’ jiddistrattana minn dak li hu tassew importanti u li jiswa. Li nħallu l-moħħ u l-qalb tagħna jiġu kkunsmati b’affarijiet materjali, hawn faċilment nittaqlu u anke nehdew b’affarijiet li m’humiex teżor etern li hu Alla nnifsu.

Ħsieb għal Qalbek …

Il-Kelma t’Alla tqabbad l-għeruq fil-qalb tagħna meta aħna jkollna qalb li lesta tirċevieha, qalb doċli li lesta tisma’ dak li Alla għandu xi jgħid. Il-ħsad huwa żgur filwaqt li xi żerriegħa se taqa’ fil-mgħoddija jew fejn hemm ftit ħamrija u qatt ma tikber, anke fejn hemm ix-xewk li mbagħad jifgaha madanakollu l-ħsad jasal ukoll. Iż-żerriegħa li taqa’ f’art tajba fil-qalb li hi lesta tagħti widen se taħsad ħafna frott.

Inti lest titgħallem dwar il-verita’ t’Alla u ħerqan li tagħmel minna ħafna frott ta’ għemejjel tajba? U tħalli xi ħaġa żżommok milli tinfetaħ kompletament għal din il-Kelma bil-ferħ u bl-ubbidjenza li tiġi mill-fidi?

Itlob …

Mulej, għinni ngħasses u nħares l-Kelma tiegħek li int ħawwilt fil-qalb tiegħi ħalli l-ebda dubju jew tentazzjoni ma jżommuni milli nemmen fik u nobdik. Agħtini li nagħmel il-frott b’abbundanza fis-servizz tiegħek u tħalli qatt li jiena nibża’ milli nitkellem fuqek mall-oħrajn u naqsam magħhom l-Aħbar tajba tal-Vanġelu tiegħek. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s