155. Riflessjoni fuq Mattew 16: 21-27

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 16: 21-27

maxresdefault (1)

L-Evanġelju skont San Mattew 16: 21-27

[Mt:16:21] Minn dakinhar Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.

[Mt:16:22] Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: “Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik!”

[Mt:16:23] Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil għalija, għax m’intix tqis il-ħwejjeġ ta’ Alla, imma qiegħed taħsibha ta’ bniedem li int!”

[Mt:16:24] Mbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja.

 [Mt:16:25] Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.

[Mt:16:26] Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?

[Mt:16:27] Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien ma’ l-anġli tiegħu, u mbagħad irodd lil kull wieħed skond ma wieħed ikun għamel.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’inhu l-aktar investiment importanti li inti tista’ tagħmel b’ħajtek?

Ġesu’ qed jiftħilna għajnejna u jurina nilmħu ċar li la l-flus u lanqas l-affarijiet materjali kollha li aħna nsejħu tagħna ma jistgħu jixtru l-ġenna, ifejqu qalb maqsuma jew ifarrġu lil xi ħadd li qed iħossu waħdu. Ġesu’ qed jistaqsi: ‘Xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?’ Kul ma għandna hu mogħti lilna bħala rigal minn għand Alla Missierna. Aħna nafu kollox lilu, inkluż ħajjitna stess.

Ħsieb għal Qalbek …

Dixxiplu veru hu lest li jħalli kollox warajh u li ma jħallix li qalbu tintrabat ma’ dak li huwa materjali, imma jżomm ruħu ħieles biex hekk ikun jista’ jikseb il-ferħ tal-ħajja m’Alla li ma tintemm qatt. Is-salib ta’ Kristu jwassal għar-rebħa u l-ħelsien mid-dnub u l-mewt.

Liema hu s-salib li Ġesu’ qed jikkmandak biex terfa’ u ġġorr ta’ kuljum?

Meta r-rieda tiegħi ma tidhirx li taqbel ma’ dik tal-Mulej hi tal-Mulej li għandha sseħħ. Inti lest li titlef kollox għal Ġesu’ Kristu biex tikseb kollox ma’ Ġesu’ Kristu?

Itlob …

Ħu Mulej u ilqa’ l-liberta’ tiegħi kollha, il-memorja tiegħi, id-dehen tiegħi u r-rieda kollha tiegħi. Kul ma għandi u kul ma hu tiegħi. Dan kollu int tajtuli lilek Mulej inroddu kollox hu tiegħek, agħmel minnu għal kollox kif trid int. Lili agħtini mħabbtek u l-grazzja tiegħek, din biżżejjed għalija. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s