143. Riflessjoni fuq Mattew 19: 16-22

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 19: 16-22

0539dfc4bb106a19cebee959cfe12a77

L-Evanġelju skont San Mattew 19: 16-22

[Mt:19:16] Resaq wieħed fuqu u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”

[Mt:19:17] U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti.”

[Mt:19:18] “Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz,

[Mt:19:19] weġġaħ lil missierek u ‘l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.”

[Mt:19:20] Qallu ż-żagħżugħ: “Jiena dan kollu ħaristu; x’jonqosni iżjed?”

[Mt:19:21] Wieġbu Ġesù: “Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema; mbagħad ejja u imxi warajj?”.

[Mt:19:22] Iż-żagħżugħ kif sama’ dan, telaq b’qalbu sewda, għax kien għani ħafna.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’jagħti t-tama u s-sodisfazzjon lix-xewqa tagħna għall-kuntentizza u s-sigurta’?

Iż-żagħżugħ tal-Vanġelu tallum minkejja li kien jobdi l-Kmandamenti kellu qalbu mimlija bis-sigurta’ u l-kuntentizza li ħaseb li l-ġid li kellu se jagħtih. Minkejja dan interessanti li wieħed jinnota li wara li Ġesu’ wrieh x’kellu f’qalbu ż-żagħżugħ telaq minn ħdejn Ġesu’ mdejjaq minflok ferħan. Għaliex? X’ried ifisser Ġesu’ meta qallu ‘Ikollok teżor fis-sema.’

X’tip ta’ teżor kellu dan il-ġuvni?

Ħsieb għal Qalbek …

It-teżor tal-ħajja tagħna għandu konnessjoni speċjali mall-qalb. Il-post fejn il-bniedem jixtieq u jixxennaq għal xi ħaġa. Il-post tar-rieda u tal-iskopijiet tagħna. Infatti Ġesu’ f’okkażjoni oħra qal: ‘ Fejn hemm it-teżor tiegħek hemm hi wkoll qalbek.’ Dan il-ġuvni poġġa qalbu f’dak li ma kienx se jagħtih it-teżor dejjiemi li offrielu Ġesu’. Ġesu’ nnifsu hu l-akbar teżor li jista’ jkollna. Li nerħu kollox biex ikollna lilu bħala t-teżor tagħna mhijiex xi ħaġa ta’ swied il-qalb anzi dan jirriżulta ferħ kbir. Li tbiegħ dak li għandek jista’ jfisser ħafna affarijiet differenti: Il-ħbieb, l-impieg, l-istil ta’ ħajja li tgħix, x’tagħmel bil-ħin liberu tiegħek. Kull min kien ġeneruż m’Alla jew mall-oħrajn dejjem skopra li qatt ma’ setgħa jaqbeż lil Alla fil-ġenerożita’ tiegħu lejna. Alla l-istess ġenerożita’ li jagħtina l-ġid spiritwali li jisboq bil-bosta dak materjali u li jimliena b’ferħ li ħadd ma jista’ jisraqulna. Hu biss jista’ jissodisfa x-xewqat l-aktar profondi tal-qalb tagħna. Hu għamilna għalih.

Inti lest li titlaq dak li jista’ qiegħed iżommok milli tfittex il-ferħ veru f’Ġesu’?

Itlob …

Mulej l-ebda teżor ma jista’ jiġi kkumparat miegħek. Żommni ħieles milli nkun possessiv jew attakkat ma’ dak li mhuwiex il-ġid veru u agħtini l-ferħ li jkolli lilek biss bħala t-teżor u x-xorti waħdanija tiegħi. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s