136. Riflessjoni fuq Mattew 14: 22-33

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 14: 22-33

unnamed

L-Evanġelju skont San Mattew 14: 23-33

[Mt:14:23] Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu;

[Mt:14:24] id-dgħajsa kienet diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom.

[Mt:14:25] Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar.

[Mt:14:26] Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru. “Dan xi fantażma!” qalu; u qabdu jgħajjtu bil-biża’.

[Mt:14:27] Iżda hu minnufih kellimhom u qalilhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!”

[Mt:14:28] Wieġeb Pietru u qallu: “Mulej, jekk huwa int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma.”

[Mt:14:29] “Ejja,” qallu Ġesù. Pietru niżel mid-dgħajsa, u qabad jimxi fuq l-ilma u jersaq lejn Ġesù.

[Mt:14:30] Iżda meta ra li r-riħ kien qawwi, baża’, ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid: “Salvani, Mulej !”

[Mt:14:31] Malajr Ġesù medd idu u qabdu: “Bniedem ta’ fidi żgħira,” qallu,”għaliex iddubitajt?”

[Mt:14:32] Meta mbagħad it-tnejn telgħu fid-dgħajsa, ir-riħ waqaf.

[Mt:14:33] Dawk li kienu fid-dgħajsa nxteħtu jqimuh u qalulu: “Tassew, int Bin Alla!”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Il-Mulej jidher distanti meta aħna fil-bżonn?

Kien Ġesu’ nnifsu li bgħatt lid-dixxipli fuq id-dgħajsa. Meta kienu qed jaffaċċjaw il-maltemp minkejja li hu ma kienx magħhom fid-dgħajsa kien qiegħed iħarishom permezz tat-talb tiegħu. Meta ntebaħ li kienu jinkwetaw għax ħasbu li se jitilfu ħajjithom hu resaq lejhom fuq l-baħar u huma nħasdu x’ħin rawh.

Ħsieb għal Qalbek …

Inti tfittex lill-Mulej meta tkun għaddej minn diffikultajiet u sfidi? Il-Mulej dejjem jieħu ħsiebna b’mod speċjali f’mumenti ta’ tentazzjoni u diffikulta’.

Int tafda fil-Mulej li hu lest jagħtik il-qawwa u l-għajnuna li teħtieġ? Ġesu’ jassigurana li ma għandix għalfejn nibżgħu jekk nafdaw fih u fl-imħabba kbira li hu għandu għalina.

Meta l-maltemp u l-provi jheddu li jniżżluk magħhom u jegħrquk inti kif twieġeb? Twieġeb bil-fidi u tama fl-imħabba, l-għajnuna u l-preżenza t’Alla miegħek?

Itlob …

Mulej għenni nafdak dejjem u qatt niddubita fil-preżenza u l-qawwa tiegħek li tgħenni. Fil-mumenti ta’ dubji u dgħjufija ħalli li jien niggranfa miegħek kif għamel Pietru. Qawwi l-fidi tiegħi ħalli nkun nista’ nimxi ‘il quddiem bla ma nikser lejn il-lemin jew ix-xellug, imma b’ħarsti fuqek jien jirnexxieli li nasal għandek. Ammen.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s