103. Riflessjoni fuq Mattew 8: 23-27

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 8: 23-27

Rembrandt_Christ_in_the_Storm_on_the_Lake_of_Galilee

L-Evanġelju skont San Mattew 8: 23-27

[Mt:8:23] Ġesù tala’ fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh.

[Mt:8:24] U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed.

[Mt:8:25] Id-dixxipli resqu fuqu, qajjmuh u qalulu: “Salvana, Mulej! Se nintilfu!”

[Mt:8:26] U qalilhom: “Dan il-biża’ kollu għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?” Mbagħad qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira.

[Mt:8:27] Dawk stagħġbu, u bdew jgħidu: “Dan xi bniedem hu, biex sa l-irjieħ u l-baħar jisimgħu minnu.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’hemm aktar qawwi mill-biża’, anke mill-biża’ tal-mewt li titlef ħajtek?

L-Iskrittura tagħtina tweġiba. M’hemmx biża’ fl-imħabba, imma l-imħabba perfetta tkeċċi l-biża’ ‘l barra. (1Ġwanni kap 4 vers 18.) U fil-ktieb tal-Għanja tal-għanjiet insibu l-imħabba aktar mill-mewt qawwija.

Il-preżenza ta’ Ġesu’ rieqed fit-tempesta u l-baħar imqalleb tirrivela l-fidi rieqda tad-dixxipli tiegħu. Huma beżgħu li se jitilfu ħajjithom minkejja li kellhom lill-Mulej u s-Sid magħhom fuq id-dgħajsa. Huma kienu reqdin għal Kristu filwaqt li huwa kien preżenti għalihom meta kellhom tant bżonnu.

Ħsieb għal Qalbek …

Il-Mulej dejjem preżenti għalina fil-ħajja tagħna u meta ngħaddu minn mumenti ta’ prova hu jistaqsina l-istess mistoqsija. ‘Għaliex qed tibżgħu, mela m’għandkomx fidi?’

Inti għaraftha l-preżenza tal-Mulej fik b’mod speċjali meta tħabbat wiċċek mat-tempesti tal-kuntrarju, niket jew tentazzjoni?

Kull darba li nkunu mħabbta bit-tiġrib il-Mulej qiegħed hemm preżenti bl-istess messaġġ. ‘Jiena Hu, la tibżax!’

Itlob …

Mulej agħmel li dejjem nagħraf il-preżenza tiegħek li tgħammar fija u f’mumenti ta’ tiġrib jew biżgħa ħa nsib il-kuraġġ u l-qawwa biex naġixxi kif kieku taġixxi Inti. Għenni u għallimni nserraħ fuqek f’kull ċirkustanza tal-ħajja tiegħi u li nafda fl-għajnuna tiegħek kemm fil-kuntrarju kemm ukoll fit-tiġrib. Ammen.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s