101. Riflessjoni fuq Mattew 8: 1-4

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 8: 1-4

5b12c2020ce07e8440f5a041f52453df

L-Evanġelju skont San Mattew 8:1-4

[Mt:8:1] Kif niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh.

[Mt:8:2] U resaq fuqu wieħed lebbruż, nxteħet quddiemu u qallu,”Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni.”

[Mt:8:3] Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid; kun imfejjaq.” U minnufih ġismu ndaf mill-lebbra.

[Mt:8:4] U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Ġesu’ għamel xi ħaġa li fi żmienu ma kienet tgħaddi minn moħħ ħadd li jagħmel; mess lebbruż. Il-lebbrużi kienu l-emerġinati tas-soċjeta’. Il-kundizzjoni fiżika tagħhom kienet dejjem tiggrava hekk kif kienu jibdew jitilfu partijiet minn ġisimhom. Ma kienux biss l-imwarrba, imma kkunsidrati bħala diġa’ mejta anki mill-familjari tagħhom stess. Il-liġi Lhudija kienet tipprojbixxi li wieħed imiss jew jersaq lejn lebbruż biex ma jisfax ritwalment imniġġes.

Il-lebbruż tal-Vanġelu tallum għamel xi ħaġa ta’ min jinnota. Hu resaq lejn Ġesu’ b’kunfidenza u umilta’ u emmen li Ġesu’ setgħa u kien se jfejjqu. Normalment lebbruż kien jiġi mħaġġar jew almenu mkeċċi jekk jipprova jersaq qrib Rabbi jiġifieri Mgħallem bħalma kien Ġesu’. Ġesu’ mhux biss jaqtagħlu xewqtu, imma jurih l-imħabba personali, il-ħniena u l-ġentilezza t’Alla bil-mod kif imissu. Skont l-għarfien mediku ta’ dak iż-żmien li tmiss lebbruż kien ifisser li kont se tkun f’riskju gravi li tieħu l-istess marda tiegħu.

Mela Ġesu’ mhux biss fejjaq lil lebbruż fiżikament imma wkoll emozzjonalment u spiritwalment għax fl-imħabba li wrieh meta ma ddejjaqx imissu wassallu il-messaġġ qawwi tal-imħabba t’Alla għalih b’mod aktar qawwi milli setgħa jwassallu bil-kliem.

Ħsieb għal Qalbek …

L-Ispirtu s-Santu jħeġġeġ lil qalbna bl-imħabba ta’ Kristu biex aħna wkoll inkunu nistgħu nilħqu u nservu lill-oħrajn mimlijin ħniena u nieħdu ħsiebhom b’kompassjoni b’mod speċjali dawk li ġew imwarrba u mmaltrattati.

Int tħallih lill-Ispirtu s-Santu jimlielek qalbek bl-imħabba u l-kumpassjoni ta’ Kristu għall-oħrajn?

Itlob …

Ħa tkun il-qawwa ta’ mħabbtek Mulej Ġesu’ tħeġġeġ bl-imħabba u l-ħlewwa li tant tippenetra fil-qlub tagħna li tbegħedhom minn dak kollu li hu taħt is-sema tgħaqqadhom dejjem iżjed miegħek u tiftaħhom għall-bżonnijiet tal-oħrajn. Ammen.

 

 

One thought on “101. Riflessjoni fuq Mattew 8: 1-4

  1. Pingback: Il-Kobor tal-Qrar u l-Quddiesa – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s