89. Riflessjoni fuq Mattew 13: 54-56

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 13: 54-56

jesus-teaching-in-synagogue-olsen-82887-wallpaper

L-Evanġelju skont San Mattew 13: 54-56

[Mt:13:53] Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm

[Mt:13:54] u mar lejn pajjiżu. Beda jgħallem lin-nies fis-sinagoga tagħhom, u huma baqgħu mistagħġba hekk li bdew jgħidu: “Mnejn ġieb dan l-għerf u din il-qawwa ta’ l-għaġeb?

[Mt:13:55] Dan m’huwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu m’hijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda?

[Mt:13:56] U ħutu l-bniet m’humiex kollha magħna? Mnejn ġieh dan kollu?”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Inti tikkritikahom lill-oħrajn b’mod speċjali dawk l-aktar qrib tiegħek?

L-aktar nies li jikkritikawna b’mod sever huma ħafna drabi dawk l-aktar familjari magħna. Xi ħadd jiġi minna jew ġirien li magħhom naqsmu ħajjitna. Ġesu’ ġie affaċċjat ma’ prova iebsa meta mar lura fil-belt ta’ pajjiżu f’Nażaret mhux sempliċiment bħala iben il-Mastrudaxxa, imma issa bħala Mgħallem imdawwar bid-dixxipli. Kienet użanza għal Ġesu’ li jmur is-sinagoga kull nhar ta’ Sibt il-jum qaddis tal-Lhud u meta kien imissu kien jaqra mill-Iskrittura. In-nies ta’ beltu semgħuh b’attenzjoni kbira f’din l-okkażjoni għaliex kienu semgħu dwar il-mirakli li kien għamel fi bliet oħra.

X’sinjal kien se jagħmel f’beltu stess?

Ġesu’ ħasadhom biċ-ċanfira li tahom meta qallhom li ebda profeta jew qaddej t’Alla mhu miġjuh qalb niesu. In-nies ta’ Nażaret ħadu għalihom b’dan l-aġir u ma riedux jisimgħu x’kellu xi jgħidilhom. Huma ddisprezzaw it-tagħlim tiegħu għax hu kien bin ħaddiem mastrudaxxa sempliċi ħaddiem tal-id u għalhekk iddisprezzawh minħabba l-familja tiegħu.

Ħsieb għal Qalbek …

Kemm drabi l-familjarita’ twassal għal nuqqas ta’ rispett żbaljat fl-oħrajn. Ġesu’ ma setgħa jagħmel l-ebda manifestazzjoni tal-qawwa tiegħu fosthom għax qalbhom kienet iebsa u magħluqa bin-nuqqas ta’ twemmin fih. Jekk in-nies flimkien jaslu jobgħodu u jirrifjutaw li jifhmu, allura ma jaraw xejn ħlief il-punt tagħhom u ma jaslux li jħobbu u jaċċettaw lill-oħrajn.

Inti malajr tieħu għalik u toffendi ruħek minħabba l-oħrajn?

Itlob …

Mulej Ġesu’, inti l-milja tat-tamiet u x-xewqat kollha tagħna. L-Ispirtu tiegħek jagħtina l-grazzji, il-verita’, il-ħajja u l-liberta’. Imlieni bil-vera ferħ tal-Evanġelju li ġejt twasslina u ħeġġeġ lil qalbi bl-imħabba u ż-żelu għar-rieda mqaddsa tiegħek. Ammen.

One thought on “89. Riflessjoni fuq Mattew 13: 54-56

  1. Pingback: Il-Kobor tal-Qrar u l-Quddiesa – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s