24. Riflessjoni fuq Mark 8: 11-13

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 8: 11-13

Pharisees-arguing-with-Jesus.5L-Evanġelju skont San Mark 8: 11-13

[Mk:8:11] Fdak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma Ġesu; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema.

[Mk:8:12] Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel.”

[Mk:8:13] U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Kemm int kapaċi taqra is-sinjali taż-żminijiet?

In-nies ta’ żmien Ġesu’ kienu jistennew li l-miġja tal-Messija kienet se tiġi mwettqa b’sinjali u għeġubijiet sopranaturali. Il-messiji foloz għamlu stqarrijiet kbar biex jattiraw ħafna dixxipli. Ġesu’ kien jaf il-qlub ta’ dawk li resqu lejh biex iġarrbuh. Kienu iżjed interessati f’sinjali u f’fenomini milli kienu fil-Kelma t’Alla.

Xmun kien ipprofetizza fit-twelid ta’ Ġesu’ li Hu kien iddestinat għall-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael u li kellu jkun sinjal li jmerruh biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija ta’ ħafna. Dan insibuh f’Luqa kapitlu 2 versi 34-35. Ġesu’ ma tahom l-ebda sinjal ħlief lilu nnifsu u l-prova aħħarija tad-Divinita’ tiegħu meta qam mill-imwiet.

Ħsieb għal Qalbek …

Il-Mulej jurina lilu nnifsu b’ħafna modi, bil-Kelma tiegħu u fl-Ewkaristija kif ukoll permezz tal-Knisja l-Ġisem Mistiku tiegħu. Permezz tal-ħolqien u taċ-ċirkustanzi fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Jekk infittxu l-Mulej nistgħu nserrħu rasna li Hu se jagħtina kull ma għandna bżonn biex nagħmlu r-rieda tiegħu. Fuq kollox il-Mulej jassigurana mill-preżenza tiegħu u mill-wegħda li qatt ma jitlaqna.

Fil-ktieb ta’ talb ta’ Santa Tereża t’Avila nstab miktub dan il-kliem:

“Tħallix xi jtaqqlek.
Tħallix xi jbeżżgħek.
Kollox jgħaddi, Alla biss jibqa’.
Ma jinbidilx.
Bil-paċenzja tikseb kull ma taħdem għalih.
Min għandu  ‘l Alla ma jonqsu xejn.
Alla waħdu kollox.”

U għalik Alla huwa kollox?

Itlob …

Mulej, ibdel lil qalbi u lil ħajti ħalli ngħix Miegħek b’mod sħiħ. Għenni nagħżel dak li huwa s-sewwa u naħrab kull okkażjoni ta’ dnub.

Marija Omm tiegħi tas-sema, għenni ma norbotx qalbi mall-affarijiet ta’ din id-dinja li jżommuni milli nista’ nkun il-ħin kollu nħobb u nservi lil Alla b’qalb sħiħa. Ammen.

One thought on “24. Riflessjoni fuq Mark 8: 11-13

  1. Pingback: Il-Kobor tal-Quddiesa – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s