23. Riflessjoni fuq Luqa 6: 17. 20-26

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 6: 17. 20-26

TissotBeatitudes.144163156205L-Evanġelju skont San Luqa 6: 17.20-26

[Lq:6:17] Fdak iż-żmien, Ġesu niżel ma t-Tnax u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon.

[Lq:6:20] Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal:

[Lq:6:21] Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin.

[Lq:6:22] Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajjrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina.

[Lq:6:23] Dakinhar li jiġrilkom hekk, ifirħu u aqbżu bil-ferħ, għax araw, ħlaskom kbir ikun fis-sema. L-istess għamlu missirijiethom lill-profeti.

[Lq:6:24] Imma ħażin għalikom, intom l-għonja, għax il-faraġ tagħkom ħadtuh.

[Lq:6:25] Ħażin għalikom intom li għalissa mxebbgħin, għax għad tkunu bil-ġuħ. Ħażin għalikom intom li għalissa tidħku, għax għad tnewwħu u tibku.

[Lq:6:26] Ħażin għalikom meta kulħadd isemmikom fil-ġid. Għax l-istess għamlu missirijiethom lill-profeti foloz!

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’inhu l-għajn vera tal-ferħ u l-kuntentizza li ħafna jsibuha diffiċli li jaċċettaw?

Ġesu’ jibda t-tagħlim tiegħu fuq kif tgħix biex tiret is-Saltna tas-sema billi jindirizza l-punt ta’ fejn wieħed jista’ jsib il-ferħ veru. Il-kelma henjin letteralment tfisser mimlijin bil-ferħ jew imberkin. It-triq ta’ Ġesu’ li twassal għal dan il-ferħ vera, imma titlob trasformazzjoni minn ġewwa konverżjoni tal-qalb u tal-moħħ li sseħħ biss b’deċiżjoni personali u bid-don tal-Ispirtu s-Santu.

Kif inhu possibli li wieħed isib il-ferħ fil-faqar, fil-ġuħ, fin-niket u fil-persekuzzjoni?

Jekk iridu inkunu mimlijin bil-ferħ u l-paċi tas-sema, allura rridu niżvujtaw lilna nfusna minn dak li jista’ jaqtagħna minn m’Alla. Il-bniedem li huwa fqir fl-ispirtu għandu spazju għall-preżenza t’Alla fih. Din tnissel ferħ etern li jibda minn hawn u jkompli għall-eternita’. Dan il-ferħ ma jifhmux min ma jduqux. Huwa ferħ li anqas min daq ma jista’ jfissru. Jista’ biss jistieden lill-oħrajn biex huma wkoll iduquh aktar milli jippruvaw jifhmuh b’moħħhom. Xi biċċa kejk tajba nutli tipprova timmaġina jekk għandix tomgħa tajba jew le sakemm ma tasalx biex inti dduqha, ma tistax itemgħha u għalhekk tiggustaha.

Il-bniedem li huwa bil-ġuħ fl-ispirtu huwa l-bniedem li jfittex in-nutriment u l-qawwa tiegħu fil-Kelma t’Alla, fis-Sagramenti u b’mod speċjali dak tal-Qrar u tat-Tqarbin Imqaddes fejn aħna nirċievu lil Ġesu’ nnifsu, l-ikel ta’ ruħna. Il-bniedem li jitnikket u jibki fuq ħajja moħlija u fuq id-dnub huwa bniedem li jasal għall-indiema sinċiera. Din twassal għall-ferħ u għall-liberta’ mill-iskjavitu tal-ħtija u tal-oppressjoni.

Ħsieb għal Qalbek …

Alla jirrivela lilu nnifsu lil dawk li huma umli f’qalbhom. Hu jurihom l-għajn tal-ħajja fil-milja kollha tagħha u tal-ferħ li jiġi biss Minnu. Ġesu’ jwiegħed lid-dixxipli tiegħu li dak li se nduqu fil-ġenna se jkun ħlas bil-wisq għola għat-tiġrib u l-iebes li jkollna ngħaddu minnu biex ngħixu kif iridna Hu.

U inti sibtu l-ferħ veru?

Jekk le, agħti ċans lill-Mulej idewwqek dak li d-dinja ma tistax tagħtik. L-imħabba safja u bla kundizzjoni.

Jekk iva, qiegħed tgħożżu u tkabbru fik billi tfittex dak li hu n-nutriment vera tar-ruħ tiegħek? Alla nnifsu?

Itlob …

Mulej, kabbar il-ġuħ tiegħi għalik u kompli urini kif għandi ngħix fl-Imħabba tiegħek.

Marija Ommi għażiża, Inti li għext fqira fl-ispirtu, imma ma kien jonqsok xejn għax kellek lil Alla miegħek l-Awtur ta’ kull ħaġa tajba. Għallimni biex inżomm lil Alla fl-ewwel post f’ħajti ħalli jien ukoll ngħix fil-veru ferħ tiegħu. Ammen.

One thought on “23. Riflessjoni fuq Luqa 6: 17. 20-26

  1. Pingback: Il-Kobor tal-Quddiesa – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s