20. Riflessjoni fuq Mark 7: 1-13

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 7: 1-13

iur-2L-Evanġelju skont San Mark 7: 1-13

[Mk:7:1] Fdak iż-żmien, il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesu,

[Mk:7:2] u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom m’humiex indaf, jiġifieri m’humiex maħsulin.

[Mk:7:3] Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu idejhom sewwa;

[Mk:7:4] hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż.

[Mk:7:5] Mela, il-Fariżej u l-kittieba staqsewh: “Dan l-għala d-dixxipli tiegħek ma jġibux ruħhom skont it-tradizzjoni ta’ missirijiethom, imma jieklu b’idejhom m’humiex indaf?”

[Mk:7:6] Iżda hu weġibhom: “Sewwa ħabbar Isaija fuqkom, ja nies ta’ wiċċ b’ieħor, bħalma hu miktub, Dan il-poplu bix-xufftejn biss jagħtini ġieħ, imma qalbhom hija l bogħod minni.

[Mk:7:7] Fiergħa hi l-qima li jagħtuni; jgħallmu duttrina li mhijiex għajr preċetti tal-bnedmin.

[Mk:7:8] Hekk intom, twarrbu l-kmandamenti ta’ Alla biex tħaddnu t-tradizzjoni tal-bnedmin.”

[Mk:7:9] U qalilhom: “Ħelu ħelu ġġibu fix-xejn il-kmandamenti ta’ Alla biex tħarsu t-tradizzjoni tagħkom.

[Mk:7:10] Mosè qal, ‘Weġġaħ lil missierek u ‘l ommok’ u ‘min iżeblaħ lil missieru jew ‘l ommu għandu jieħu l-mewt’.

[Mk:7:11] Imma intom tgħidu: Jekk wieħed jgħid lil missieru jew ‘l ommu, ‘Il-ġid li għandi, li jista’ jkun ta’ għajnuna għalik, huwa Qorban’ (jiġifieri, offerta)’

[Mk:7:12] intom mbagħad ma tħalluh jagħmel xejn iżjed għal missieru jew ommu,

[Mk:7:13] u hekk iġġibu fix-xejn il-kelma ta’ Alla bit-tradizzjoni li tgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra. U bosta ħwejjeġ oħra bħal dawn tagħmlu.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’jagħmel persuna mtebbgħa u ħatja tad-dnub?

Ġesu’ jakkuża lill-Fariżej u lill-Kittieba minn żewġ affarijiet.

L-Ewwel: Għall-ipokresija tagħhom. Kienu jidhru li qed jimxu skont il-liġi t’Alla biex jintgħoġbu minn nies filwaqt li f’qalbhom kien hemm ħsibijiet u intenzjonijiet ħżiena.

It-Tieni: Akkużahom li abbandunaw il-Kelma t’Alla billi imponew fuq il-poplu l-argumenti u l-interpretazzjonijiet tagħhom ta’ dak li Alla ried.

Ġesu’ japplika għalihom il-profezija t’Iżaija li nsibuha: F’Iżaija Kap 29 vers 31 li kien akkuża lin-nies ta’ żmienu li lil Alla b’fommhom biss ibierkuh imma qalbhom kienet ‘il bogħod minnu għax ma kienux jobdu l-liġi t’Alla.

Ħsieb għal Qalbek …

Alla fil-ħniena tiegħu dejjem lest li joffrilna bla ħlas il-maħfra tiegħu, il-fejqan, u l-grazzja li negħlbu d-dnub u l-ħażen f’ħajjitna. Imma biex nirċievu din il-ħniena u l-għajnuna t’Alla, aħna għandna nistqarru ħtijietna mas-Saċerdot li jirrapreżenta lil Kristu fil-Qrar. Permezz ta’ qrara tajba l-Ispirtu s-Santu jnaddafna minn dnubietna b’dan is-Sagrament li nistgħu nirċievu kull meta nħossu l-bżonn.

Jekk ilek ma tersaq lejn dan is-Sagrament li permezz tiegħu terġa’ ssir ħabib m’Alla, itlob lill-Mulej biex jurik ħtijietek b’mod ċar u jagħtik il-kuraġġ u l-qawwa li tindem tqum u tmur f’riġlejn Saċerdot. Taqtax qalbek u tħallix lix-xitan joqgħod jgħidlek li int għalxejn tqerr għax terġa’ taqa’. Alla jara l-intenzjonijiet tajba tiegħek u bil-qawwa tal-istess Sagrament jagħtik il-grazzji li teħtieġ biex tikkumbatti id-dnub f’ħajtek. Alla jobgħod id-dnub fik imma jħobb lilek tant li miet għalik. Tħallix għal għada. Għada jista’ jkun tard wisq.

Itlob …

Mulej, agħtini l-grazzja li nersaq ta’ spiss biex nirċievi l-maħfra tiegħek fis-Sagrament tal-Qrar u tħalli l-ebda skuża f’moħħi żżommni ‘il bogħod milli nitħabbeb miegħek u ngħix b’qalb safja.

Għażiża Ommi Marija, dawwalni bid-dawl t’Ibnek ħalli f’ħajti qatt ma nagħti l-ġenb dawk l-affarijiet meħtieġa li għandhom iwassluni biex darba niġi ngawdikom fil-ġenna. Ammen.

One thought on “20. Riflessjoni fuq Mark 7: 1-13

  1. Pingback: Il-Kobor tal-Quddiesa – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s