16. Riflessjoni fuq Mark 6: 14-29

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 6: 14-29

(c) Penrhyn Castle; Supplied by The Public Catalogue FoundationL-Evanġelju skont San Mark 6: 14-29

[Mk:6:14] Fdak iż-żmien, is-sultan Erodi sama’ bih, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih.”

[Mk:6:15] Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija.” U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti l-oħra.”

[Mk:6:16] Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt.”

[Mk:6:17] Għax kien Erodi stess li bagħat jarresta lil Ġwanni u qaflu fil-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu, billi kien iżżewwiġha hu.

[Mk:6:18] Għax Ġwanni lil Erodi kien jgħidlu: “Ma tistax iżżommha int il-mara ta’ ħuk.”

[Mk:6:19] Għalhekk Erodja saret tobogħdu u kienet trid toqtlu, imma ma kinitx tista’,

[Mk:6:20] għax Erodi, li kien jaf x’raġel tajjeb u qaddis kien Ġwanni, kien jibża’ minnu; u kien iħarsu mill-għawġ, u kien iħobb joqgħod jisimgħu, għad li kien jibqa’ mħasseb ħafna wara li jisimgħu.

[Mk:6:21] Mela wasal jum tajjeb, meta Erodi għalaq sninu u għamel ikla lill-kbarat tiegħu, lill-fizzjali l-għolja u lill-aqwa nies tal-Galilija.

[Mk:6:22] Bint Erodja daħlet tiżfen, u għoġbot lil Erodi u lill-mistednin tiegħu. Is-sultan qal lit-tfajla: “Itlobni kull ma trid, u jien nagħtik kull ma titlobni.”

[Mk:6:23] U qalilha u ħalfilha: “Titlobni x’titlobni kollox nagħtik, mqar nofs is-saltna tiegħi.”

[Mk:6:24] Dik ħarġet u marret tistaqsi lil ommha: “Tgħid x’nitolbu?””Ras Ġwanni l-Battista?” weġbitha dik.

[Mk:6:25] Malajr reġgħet daħlet tgħaġġel quddiem is-sultan, talbitu u qaltlu: “Irridek issa stess tagħtini ras Ġwanni l-Battista fuq platt.”

[Mk:6:26] Tnikket għall-aħħar is-sultan, iżda minħabba l-ġurament u l-mistednin ma riedx jarġa’ lura mill-kelma li taha.

[Mk:6:27] Malajr is-sultan bagħat suldat minn ta’ madwaru u ordnalu li jġiblu rasu. Dak mar u qatagħlu rasu fil-ħabs;

[Mk:6:28] mbagħad ġiebha fuq platt u taha lit-tfajla, u t-tfajla marret tatha lil ommha.

[Mk:6:29] Meta d-dixxipli tiegħu semgħu b’dan, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh ġo qabar.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’ħeġġeġ il-kuraġġ u ż-żelu tal-martri?

Huma ħabbew lil Alla u l-verita’ tiegħu aktar minn ħajjithom stess. Biex wieħed jagħti xhieda għall-verita’ b’mod speċjali dik tal-Vanġelu ħafna drabi jrid iħallas prezz għoli. Ejja nieħdu l-profeti, kollha sofrew abbużi u ħafna minnhom ġew maqtula.

Erodi minkejja li donnu ma kienx ċert għandux joqtol lil Ġwanni jew le kien bniedem li kellu l-kuxjenza tniggżu. Meta sema’ bil-fama ta’ Ġesu’ hu ssapona li Ġwanni l-Battista li hu kien qatgħalu rasu kien reġa’ qam mill-imwiet.

Ħsieb għal Qalbek …

Sfortunatament għal Erodi ma rrnexxielux jeħles mid-dnub billi ħeles mir-raġel li kien jakkużah bl-istess dnub. Erodi kien raġel dgħajjef. Hu kien jieħu deċiżżjonijiet qawwija fuq affarijiet ħżiena meta fl-istess waqt kien jaf x’inhu t-tajjeb. Din it-tip t’attitudni kienet turi dgħjufija u kemm kien beżżiegħ.

Inti lest li tixhed għal Ġesu’ u għall-verita’ u s-sewwa tiegħu, minkejja li dan ifisser jew oppożizzjoni minn dawk ta’ madwarek jew li jkollok tħalli xi dnub għażiż għalik u titgħallem tgħix mingħajru?

Kemm -il darba l-Mulej ġibidlek l-attenzjoni fuq id-dnub tiegħek permezz tal-profeti li hemm fostok illum, u inti forsi ħassejt il-kuxjenza tniggżek imma ma għamilt xejn dwarha?

Għasfur marbut b’ħabel jew b’ħajta xorta waħda mhux ħieles biex ittir. Bl-istess mod jekk wieħed jibqa’ jgħix fid-dnub bla ma jfittex li jinħall minnu dan id-dnub kbir jew żgħir se jibqa’ jżommu lsir.

Itlob …

Mulej, agħtini kuxjenza sensittiva u qawwija ħalli nkun nista’ nagħraf il-ħażen għal dak li hu u nindem mill-mod kif offendejtek. Għinni nagħżel dak li hu tajjeb u nwarrab il-ħażin li hu kuntrarju għar-rieda mqaddsa tiegħek u għenni naħdem għall-qdusija tiegħi u tal-oħrajn ħalli nkun nogħġbok f’kollox. Ammen.

 

 

One thought on “16. Riflessjoni fuq Mark 6: 14-29

  1. Pingback: Il-Kobor tal-Quddiesa – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s