7. Riflessjoni fuq Mark 4: 26-34

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 4: 26-34

11-852847

L-Evanġelju skont San Mark 4: 26-34

[Mk:4:26] Fdak iż-żmien, Ġesu qal: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art.

[Mk:4:27] Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif.

[Mk:4:28] L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, mbagħad is-sbula, mbagħad il-qamħ mimli fis-sbula.

[Mk:4:29] U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad.”

[Mk:4:30] U qal: “Ma’ xiex sejrin inqabbluha s-Saltna ta’ Alla, jew b’liema parabbola nfissruha?

[Mk:4:31] Qisha żerriegħa tal-mustarda; din meta tinżara’ fil-ħamrija, hi l-iċken fost iż-żrieragħ kollha fuq l-art;

[Mk:4:32] imma wara li tinżara’ tikber u ssir l-akbar waħda fost il-ħxejjex kollha, u toħroġ friegħi wesgħin, hekk li l-għasafar ta’ l-ajru jkunu jistgħu jistkennu għad-dell tagħha.”

[Mk:4:33] B’ħafna parabboli bħal dawn kien ixandrilhom il-kelma, kif kienu jistgħu jifhmuha huma,

[Mk:4:34] u mingħajr xi parabbola ma kienx ikellimhom; imma lid-dixxipli tiegħu, meta kien ikun waħdu magħhom, kien ifissrilhom kollox.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Iż-żerriegħa ċkejkna tal-Mustarda tassew tikber f’siġra u tattratta ħafna għasafar li jiġu jnaqqru ż-żerriegħa sewda u ċkejkna li tipproduċi. Is-Saltna t’Alla taħdem bl-istess mod. Tibda b’bidu umli u żgħir fil-qlub tal-bnedmin li huma lesti jilqgħu l-Kelma t’Alla u mbagħad taħdem b’mod li ma jidhirx u tittrasformak minn ġewwa.

Is-Saltna t’Alla tipproduċi wkoll trasformazzjoni f’dawk li jirċievu l-ħajja ġdida li joffrilna Ġesu’. Meta, aħna nagħtu ħajjitna lil Ġesu’ l-ħajja tagħna tiġi mibdula bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li jgħammar fina għax irċevejnieh fil-Magħmudija.

Ħsieb għal Qalbek …

Inti temmen fit-trasformazzjoni li l-Ispirtu s-Santu jwettaq fik kull darba li int tagħmel ħiltek biex tgħix skont it-tagħlim ta’ Kristu u tal-Knisja?

X’qed tagħmel biex tesperjenza din il-bidla fik u tħeġġeġ lill-oħrajn ħalli huma wkoll jinbidlu f’dak li jrid minna l-Ispirtu s-Santu?

Temmen tassew li hu jrid minnek il-qdusija tiegħek?

Itlob …

Mulej, imlieni bl-Ispirtu s-Santu u għamilni aktar nixbah lill-Imgħallem tiegħi; Sidi Ġesu’ permezz ta’ dik il-qdusija li trid tara fija. Żid il-ħeġġa tiegħi għas-Saltna tiegħek u nissel fija x-xewqa qaddisa li jiena ngħix biex nogħġbok u nagħtik glorja. Ammen.

One thought on “7. Riflessjoni fuq Mark 4: 26-34

  1. Pingback: Il-Kobor tal-Quddiesa – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s