6. Riflessjoni fuq Mark 4: 21-25

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 4: 21-25

biblical oil lamp

L-Evanġelju skont San Mark 4: 21-25

[Mk:4:21] F’dak iż-żmien, Ġesu qal lid-dixxipli tiegħu: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt is-siegħ jew taħt is-sodda? M’hux fuq l-imnara jqegħduh?

[Mk:4:22] Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl.

[Mk:4:23] Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”

[Mk:4:24] U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! Bl-istess kejl li tkejjlu intom jitkejjel lilkom, u jingħatalkom iżjed ukoll.

[Mk:4:25] Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Ġesu’ fost oħrajn juża l-immaġini tal-musbieħ biex jiddeskrivi kif id-dixxipli għandhom jgħixu fid-dawl tal-verita’ u l-imħabba. Infatti l-missjoni tagħna hi li nġorru d-dawl ta’ Kristu fina biex hekk l-oħrajn jkunu jistgħu jaraw il-verita’ tal-Evanġelju u jkunu jistgħu jiġu meħlusa mill-għama tad-dnub u tal-qerq.

Ħsieb għal Qalbek …

Ġesu’ jirrimarka li xejn ma jista’ jibqa’ moħbi jew fis-sigriet. Aħna nistgħu nippruvaw naħbu affarijiet minn xulxin, minna nfusna jew minn Alla, imma madanakollu kollox hu magħruf għal Alla li jara kollox. Hemm liberta’ kbira u ferħ għal dawk li jgħixu fid-dawl t’Alla u li jfittxu l-verita’ tiegħu.

U inti taf xi jfisser il-ferħ u l-liberta’ li tgħix fid-dawl t’Alla?

Id-dawl tiegħek tħallih jiddi quddiem l-oħrajn?

Itlob …

Mulej, Int tmexxini bid-dawl tal-verita’ tiegħek li ssalva. Imla lil qalbi u lil moħħi bid-dawl u l-verita’ tiegħek u eħlisni mill-għama tad-dnub u l-qerq ħalli nkun nista’ nara t-triqat tiegħek u nifhem ir-rieda tiegħek għal ħajti.

Għażiża Marija, agħtini Int l-għajnuna li neħtieġ ħalli jiena niddi d-dawl tal-verita’ t’Ibnek quddiem dawk kollha li Ibnek jogħġbu jlaqqgħani magħhom. Agħmel li nagħmel dan bil-mod kif jiena nitkellem u bil-mod kif jiena naġixxi. Ammen.

One thought on “6. Riflessjoni fuq Mark 4: 21-25

  1. Pingback: Il-Kobor tal-Quddiesa – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s