3. Riflessjoni fuq Luqa 10: 1-9

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 10: 1-9

misionerosL-Evanġelju skont San Luqa 10: 1-9

[Lq:10:1] Fdak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin dixxiplu oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu.

[Lq:10:2] U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu.

[Lq:10:3] Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup.

[Lq:10:4] Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd.

[Lq:10:5] Fid-dar fejn tidħlu, l-ewwel għidu, ‘Is-sliem lil din id-dar.’

[Lq:10:6] U jekk fiha jkun hemm min iħobb is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le, it-tislima tagħkom terġa’ lura għandkom.

[Lq:10:7] Ibqgħu għand dik il-familja, u kulu u ixorbu milli jkollhom huma, għax il-ħaddiem ħaqqu ħlasu. Toqogħdux idduru minn familja għal oħra.

 [Lq:10:8] F’kull belt li fiha tmorru u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom;

[Lq:10:9] fejjqu l-morda li jkun hemm; u lin-nies għidulhom, ‘Is-Saltna ta’ Alla waslitilkom.’

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Dak li kienu rċevew min għand Ġesu’ jridu jgħadduh lill-oħrajn mingħajr ma jistennew xi ħlas għalih. Riedu juru bl-attitudni tagħhom li l-ewwel interess tagħhom huwa Alla u mhux l-qiegħ materjali. Riedu jservu mingħajr skopijiet ħżiena, mimlija bil-karita’ u l-paċi u bis-sempliċita’. Riedu jitfgħu l-attenzjoni tagħhom fuq ix-Xandir tas-Saltna t’Alla u mhux jiġu mfixkla b’affarijiet ta’ inqas importanza. Riedu jivvjaġġaw ħfief jieħdu biss dak li kien l-essenzjal u jħallu warajhom dak li seta’ jiddistratahom biex ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-ħidma tax-Xandir tal-Kelma t’Alla. Kellhom jagħmlu dan ix-xogħol mhux għal dak li setgħu jiksbu minnu, imma għal dak li setgħu jagħtu b’xejn lill-oħrajn mingħajr ma jistennew xi privileġġi speċjali jew xi forma ta’ ħlas.

Il-faqar tal-Ispirtu jeħlisna mill-kilba u l-preokkupazjoni fuq dak li għandu jkollna u joħloq fina spazju għall-Providenza t’Alla. Il-Mulej irid li d-dixxipli tiegħu jkunu dipendenti fuqu u mhux fuqhom infushom.

It-tieni Ġesu’ qal: “Il-ħaddiem ħaqqu ħobżu.” Hawn naraw verita’ doppja. Il-ħaddiem t’Alla ma għandux ikun ippreokkupat fuq l-affarijiet materjali, imma l-poplu t’Alla ma għandu qatt jonqos milli fid-dover tiegħu jagħti lill-ħaddiem t’Alla dak li għandu bżonn biex jgħix.

Inti titlob għall-ħidma tax-Xandir tal-Evanġelju u tissaportja bir-riżorsi materjali tiegħek?

Ħsieb għal Qalbek …

Ġesu’ jtemm l-istruzzjonijiet tiegħu bi twissija. Jekk in-nies tirrifjuta l-istedina t’Alla jkunu jġibu l-kundanna fuqhom infushom. Meta Alla jagħtina l-Kelma tiegħu din hemm magħha responsabbiltajiet kbar li nwieġbu għaliha. L-indifferenza ma għandhix postha hawn. Bil-mod kif inwieġbu għall-Kelma jew aħna favur jew kontra Alla.

Alla jagħtina l-Kelma tiegħu ħalli, aħna jkollna l-ħajja Fih. Hu jrid jaħdem fina u permezz tagħna għall-glorja tiegħu. Alla jaqsam il-Kelma tiegħu magħna u jibgħatna biex inxandruha b’konvinzzjoni u b’sempliċita’ lill-oħrajn.

Int tagħti xhieda tal-verita’ u l-ferħ tal-Vanġelu bil-kliem u bl-eżempju tiegħek quddiem ta’ madwarek?

Itlob …

Mulej, agħmel li l-ferħ u l-verita’ tal-Vanġelu jittrasforma lil ħajti ħalli jien nagħti xhieda tiegħek ma’ dawk ta’ madwari. Agħtini li nxandar il-Verita’ u d-Dawl tiegħek kull fejn immur. Ammen.

One thought on “3. Riflessjoni fuq Luqa 10: 1-9

  1. Pingback: Il-Kobor tal-Quddiesa – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s