30. Talba ta’ Saċerdot il-Ħadd Filgħaxija ~ Michel Quoist

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għall-Bżonnijiet tas-Saċerdoti.

1.jpgIllejla ninsab waħdi, Mulej.

In-nies ħarġu mill-Knisja u erġajt lura d-dar… waħdi.

Fit-triq iltqajt ma’ familji ġejjin lura mill-ħarġa tal-Ħadd.

Xi tfal jilgħabu l-ballun ħabtu miegħi… tfal li qatt ma jista’ jkolli.

Hawn jien Mulej, fil-ħemda ta’ kamarti, is-skiet qed jagħfas fuqi.

Qed nikber fl-eta’. Bħal kull raġel fl-eta’ tiegħi, ġismi lest biex jaħdem, qalbi lesta li tħobb.

Tajtek kollox… imma llum qed inħoss l-ebusija ta’ din l-offerta.

Ħaġa iebsa tagħti ġismek, waqt li ġismek m’hu ta ħadd…

Ħaġa iebsa tħobb lil kulħadd, waqt li Tiegħek m’huwa ħadd…

Ħaġa iebsa tagħfas id persuna, mingħajr ma tibqa’ żżommha….

Ħaġa iebsa ssaħħar in-nies wara l-Mulej, u lil ħadd warajk…

Ħaġa iebsa ma tkun xejn għalik innifsek, iżda kollox għal kulħadd.

Iżda nħoss il-Mulej iwieġeb:

“Le, Ibni, m’intix waħdek. Jien miegħek.

Minn dejjem ħlomt bik, għażiltek, ridtek Tiegħi.

Neħtieġ idejk biex nibqa’ nbierek.

Neħtieġ fommok biex nibqa’ nagħti kliem il-ħajja.

Neħtieġ ġismek biex nibqa’ nbati.

Neħtieġ qalbek biex nibqa’ nħobb.

Għandi bżonnok biex nitma’ lil ħutek imġewwħin.

Ibqa’ miegħi, Ibni!”

Hawn jien, Mulej.

Hawn hu ġismi, hawn hi qalbi, hawn hi ruħi.

Agħmel li nikber biżżejjed biex nilħaq lil kulħadd.

Li nkun b’saħħti biex inġorr lil kulħadd.

Li nkun safi biżżejjed biex ngħannaq lil kulħadd mingħajr ma niggranfa lil ħadd.

Agħmel li ħajti tkun pjazza fejn kulħadd jiltaqa’ imma ħadd ma jieqaf, triq li twassal biss għal għandek.

Illejla, Mulej, meta mħabbtek qed tweġġagħni,

Meta mħabbet ħuti tagħfas fuqi,

nixtieq mill-ġdid ngħidlek “Iva”,

forsi mhux bit-tbissima faċli ta’ jum l-Ordinazzjoni,

imma llum, hawnhekk, quddiemek,

fis-skiet u l-ħemda ta’ kamarti.

Michel Quoist

One thought on “30. Talba ta’ Saċerdot il-Ħadd Filgħaxija ~ Michel Quoist

  1. Pingback: Talb għall-bżonnijiet tas-Saċerdoti – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s