18. Il-Miraklu ta’ Morrovalle, Italja

Morrovalle_3-e1454001737731-231x300IL-MIRAKLU TA’ MORROVALLE, ITALJA
1560

Kienu s-sagħtejn ta’ filgħodu għat-Tielet Ħadd fuq l-Għid is-16 t’April 1560, meta d-daqq bla ma qata’ tal-qanpiena tar-raħal li kienet tħabbar nirien, qajmet lill-Patri Bonaventure, membru tal-Ordni tal-Patrijiet Minuri. Kollu biża’ libes malajr u rħiela jiġri lejn is-setaħ tal-monasteru minn fejn seta’ jara l-knisja ta’ San Franġisk. Id-dwal li kienu jidhru fit-twieqi tal-knisja kienu jfissru ħaġa waħda biss; illi nirien kbar kienu qegħdin jeqirduha b’periklu kbir għas-Santissmu Sagrament.

Is-saċerdoti l-oħra u l-poplu tar-raħal meta semgħu dan id-daqq tal-ġenn tal-qanpiena ġrew biex jagħtu l-għajnuna. Sforz kuraġġuż sar partikolarment minn żewġ irġiel Antonio Lazzarini u Claudio Paganelli, iżda l-forza tan-nirien kienet tant qawwija illi huma malajr indunaw illi kollox kien għalxejn. In-nirien damu sejrin seba’ sigħat. Meta battew, il-knisja kienet ħerba ta’ ġebel imwaqqa’ u rmied.

Il-ministru provinċjal Patri Girolamo assistit minn Patri Battista u Fra Illuminato telqu minn Ancona u marru jassessjaw il-ħsara u jispezzjonaw l-akkwati madwar l-altar maġġur li safa’ meqrud għal kollox.

2Waqt li kienu jwarrbu biċċiet ta’ injam maħruq u biċċiet ta’ rħam miksur, b’għaġeb kbir tagħhom it-tlieta, innutaw Ostja ta’ bjuda perfetta u perfettament intatta ġo daħla qalb l-irmied u ġebel żgħir. Malajr indunaw illi l-Ostja kienet qegħda fuq korporal u li taħtu kien hemm biċċa tal-għażel li kienet maħruqa sew.

Għal din id-dehra tal-Ostja li kienet perfettament ippreservata qalb dak il-ħmieġ u l-ħerba, is-saċerdoti niżlu għarkopptejhom jaduraw u jitolbu ħniena. Kull min ra l-Ostja għaraf illi dan kien Miraklu speċjalment meta tikkonsidra illi t-tabernaklu li ġo fih kienet tinżamm l-Ostja nqered għal kollox bin-nirien, u nqerdu wkoll ir-reċipjenti sagri kollha li kien hemm ġo fih. Wara iktar tiftix instab ukoll il-pissidi żgħir li ġo fih kienet poġġuta l-Ostja qabel in-nirien. L-għatu ta’ dan, għadu ppreservat sa llum.

Minħabba l-fatt li folol kbar ta’ nies ħerqana ġew minn postijiet imbiegħda biex jaraw il-lokal, kummissarju tal-Kurja tal-Arċidjoċesi ta’ Fermo ordna li l-post tal-Miraklu kellu jinżamm b’mod dinjituż u pulit.

L-Ostja Mirakuluża u l-għatu tal-pissidi ġew malajr imqegħdin ġo vażett tal-kristall li ġie ssiġillat. Dan tpoġġa f’kaxxa tal-ivorju li ġiet imsakkra bi tlett ċwievet. Żewġ ċwievet tħallew f’idejn il-pirjol u l-oħra ngħatat lill-gwardjan tal-monasteru.

3L-aħbar tal-Miraklu ġiegħel lill-Papa Piju IV li jordna nvestigazzjoni intensiva. Hu għażel lil Ludovico Isqof ta’ Bertinoro li kien assistit minn Kristoforo Bartoli, kanċellier tal-knisja ta’ Loretu, biex jieħu ħsieb dan ix-xogħol. Id-dettalji tal-avveniment malajr waslu għand il-Papa u dan iddiskutihom ma’ ekkleżjastiċi distingwi.

Ħames xhur wara l-Miraklu, il-Papa Piju IV ħareġ bolla papali bid-data 17 ta’ Settembru 1560. F’dan id-dokument il-Papa semma fil-qosor id-dettalji mwassla lilu u faħħar l-integrita’ u l-prudenza tal-Isqof Ludovico li b’diliġenza konsiderevoli mexxa l-investigazzjoni tal-Miraklu. Iddikkjara illi hu kien ikkonsulta ma’ ħafna saċerdoti magħrufa u li huma kollha qablu illi ma kien hemm l-ebda falzita jew ingann fir-rapport, u li dan l-avveniment ma kienx hemm spjega għalih skont l-ordni naturali. Skont l-opinjoni u l-ġudizzju tagħhom dan l-avveniment kien bla dubju Mirakluluż (“indubitato Miracolo”).

Il-Papa fil-bolla tiegħu ħabbar ukoll illi kien qiegħed jikkonċiedi indulġenza plenarja lill-fidili kollha li jersqu għall-qrar bi spirtu ta’ vera penitenza u jinviżtaw il-knisja ta’ San Franġisk nhar l-anniversarju tal-Miraklu. Il-Papa ta l-permess għall-użu tal-Uffiċċju ta’ Corpus Domini fl-anniversarju tal-Miraklu.

5Il-knisja ta’ San Franġisk ġiet irrestawrata bil-ġenerożita’ tal-poplu li kien kristjan ferventi u hekk ġiet ħafna isbaħ minn qabel ma nħarqet. Mill-kontribuzzjonijiet ta’ tliet familji; – Lazzarini, Marchetti u Collaterali – reġgħu saru l-altari. Plakka li titkellem dwar il-ġenerożita’ tagħhom għadha teżisti.

Matul it-300 sena li ġew wara, l-knisja rat ħafna bidliet u kienu jżuruha gruppi kbar ta’ nies li xtaqu jiksbu l-maħfra permezz tal-indulġenza plenarja mogħtija mill-Papa Piju IV.

Għall-ħabta ta’ nofs is-seklu dsatax meta l-Italja kienet maqsuma bejn rejiet, duki u nazzjonijiet differenti niltaqgħu ma’ ħafna nkwiet politiku. Kien hemm gwerer bejn is-sezzjonijiet differenti tal-Italja kif ukoll nuqqas ta’ ftehim kbir bejnhom u l-Vatikan.

Matul dan iż-żmien ikrah fis-sena 1860 truppi u vandali li kienu kontra l-knisja daħlu fil-knisja ta’ San Franġisk, keċċew il-patrijiet ‘il barra u serqu ħafna oġġetti prezzjużi u pittura. Xi wħud jaħsbu illi l-Ostja Mirakluluża nsterqet f’dan l-attakk. Bis-saħħa tal-kuraġġ ta’ Patri Luigi u ħuh li kien l-ispiżjar Bartolomeo Baldassarini ġiet salvata l-pittura li ġġib l-isem tal-Madonna tal-Grazzja. Din il-pittura kienet antika ħafna u ta’ valur kbir u għażiża ħafna għall-poplu. Illum insibuha fil-knisja ta’ Santu Wistin.

Wara l-profonazzjoni mill-vandali l-knisja ta’ San Franġisk kienet tinsab fi stat hekk miżerabbli illi ma setgħux isiru iżjed la quddies u lanqas funzjonijiet reliġjużi fiha.

4Minħabba f’hekk il-Papa għadda l-indulġenza plenarja li kienet tintrebaħ f’din il-knisja għall-knisja ta’ San Bartolomew fejn għandna nsibuha sa llum. Minn daż-żmien ‘il hawn il-knisja ta’ San Franġisk ġiet irranġata tajjeb ħafna u llum hija l-ammirazzjoni ta’ ħafna pellegrin u turisti.

Għalkemm l-Ostja Mirakuluża nqerdet imma l-għatu tal-pissidi, li ġo fih kienet miżmuma qabel man-nirien ħakmu l-knisja, għadu jeżistu. Dan insibuh poġġut ġo vażett magħluq f’relikwarju u poġġut fuq pedistall b’salib fuq in-naħa ta’ fuq.

English Version: http://www.therealpresence.org/eucharst/mir/english_pdf/Morrovalle.pdf

Alternative Reading: https://www.deepertruthcatholics.com/single-post/2017/05/09/The-Guardian-Angel-Eucharistic-Miracle-Morrovalle-Italy-1560

It’s also mentioned here: http://www.miraclehunter.com/eucharistic-miracles/1500-1600.html

Nota: It-Tagħrif dwar dan il-Miraklu Ewkaristiku huwa ta’ Dun Ġorġ Mercieca, adattat mill-oriġinal ta’ Joan Carroll Cruz.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s