14. Il-Miraklu ta’ Avignon, Franza

CaptureIL-MIRAKLU TA’ AVIGNON, FRANZA
1433

Wara li Lwiġi VIII Re ta’ Franza rnexxielu jxejjen l-ereżija tal-Albigeżi, li fost offiżi oħra kienet tiċħad il-Preżenza Rjali, hu wiegħed li jorganizza demonstrazzjoni pubblika bħala riparazzjoni għas-sagrileġġi li l-eretiċi kienu kkommettew.

Il-belt magħżula għal din ir-riparazzjoni pubblika kienet Avignon, u r-Re għażel l-14 ta’ Settembru 1226 bħala l-ġurnata ta’ tpattija li kienet taħbat il-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes kif ukoll il-jum li fih kellu jabdika mit-tron. Ġiet ippjanata purċissjoni bis-Santissmu Sagrament li kellha tilħaq il-qofol tagħha fil-kappella ġdida li kienet ġiet mibnija ad unur tas-Salib Imqaddes.

Ir-Re liebes l-ixkejjer, b’ħabel oħxon marbut ma’ qaddu u b’xemgħa f’idejh qagħad jistenna fil-kappella l-ġdida biex jilqa’ l-purċissjoni. Miegħu kienu preżenti l-Kardinal Legat u l-Qorti kollu flimkien ma’ folla kbira ta’ fidili. Il-purċissjoni kienet immexxija mill-Isqof Corbie li ġarr is-Santissmu Sagrament mal-belt. Tant kellu devozzjoni r-Re lejn is-Santissmu Sagrament u tant kienu mimlija bil-grazzja l-folol li attendew għaċ-ċerimonja illi s-Santissmu Sagrament baqa’ sponut għal matul il-lejl u għal ħafna ġranet wara, illi l-isqof ħass li jkun aħjar li l-Ewkaristija tibqa’ għall-espożizzjoni perpetwa; drawwa li baqgħet issir mis-suċċessuri tiegħu bl-approvazzjoni tal-papa.

Avignon_-_Chapelle_des_pénitents_gris_chapelle_du_miracleEventwalment iż-żelu tal-poplu ġiegħel li titwaqqaf l-konfraternita’ qaddisa magħrufa bħala l-Penitenti l-Griżi (Grey Penitents). L-adorazzjoni perpetwa baqgħet issir fil-Kappella tas-Salib Imqaddes għal 200 sena, u wara dan iż-żmien sar Miraklu spettakulari.

Biex iktar napprezzaw il-Miraklu, ta’ min l-ewwel insemmu fejn tinsab il-belt ta’ Avignon. Din il-belt tinsab fuq ix-xmara Rhone waqt li l-art ta’ madwarha hi msoqqija mix-xmara Durance u mit-tributarja tax-xmara Vancluse. Għalhekk minn jaf kemm -il darba din il-belt soffriet l-effetti ta’ għargħar qerrieda.

Fl-1433 ix-xmajjar għolew bix-xita qawwija li niżlet, faru u qerdu għal kollox din il-belt. Nhar id-29 ta’ Novembru l-ilmijiet heddew il-Kappella tal-Penitenti Griżi (Grey Penitents). L-ilmijiet tant għolew illi d-diretturi tal-konfraternita’ beżgħu illi kienu sejrin jilħqu lis-Santissmu Sagrament. Biex jevitaw illi ma jiġix ipprofanat iddeċidew li jneħħu s-Santissmu Sagrament u jpoġġuh f’post aħjar.

img_4984Wara li akkwistaw dgħajsa xi membri qadfu ġot-toroq imgħarrqa bl-ilma lejn il-kappella. Hekk kif fetħu l-bieb, b’għaġeb kbir tagħhom sabu illi l-ilma li kien daħal fil-kappella nferaq l-istess kif kien għamel l-ilma tal-Baħar l-Aħmar fi żmien Mose’. Quddiemhom deher l-ilma mifruq lejn il-lemin u lejn ix-xellug mogħla 4 piedi. Hekk deher miftuħ passaġġ niexef mill-bieb sal-artal. Tnejn minn dawk preżenti niżlu għarkopptejhom quddiem il-Miraklu, waqt li l-oħrajn telqu jxerrdu l-aħbar.

Silta mid-dokumenti li nsibu fil-kappella dwar il-Miraklu tgħid hekk: Kbir kien il-Miraklu f’din il-kappella meta l-ilma daħal ġo fiha fl-1433. Filgħodu tat-Tnejn 29 ta’ Novembru l-ilmijiet bdew jogħlew b’forza kbira. Daħlu fil-kappella u laħqu sal-artal maġġur. Taħt l-artal kien hemm kotba, parċmini, trieħi, xugamani u relikwarji li xejn minn dawn ma xxarrab, għalkemm l-għada li kien it-Tlieta l-ilma ma hediex li jkompli jgħola. Il-ġurnata ta’ wara, l-Erbgħa, l-ilmijiet bdew ibattu…

Nhar l-1 ta’ Diċembru l-jum li fih l-ilma beda jbatti folol kbar ta’ nies marru fil-kappella biex jaraw b’għajnejhom il-fatt kif kotba, karti, ħwejjeġ u affarijiet oħra li kienu poġġuti taħt l-artal baqgħu perfettament niexfa.

Avignon_-_Chapelle_des_pénitents_gris_chapelle_du_miracle_autel.jpgIl-Miraklu kien kawża biex id-devozzjoni lejn is-Santissmu Sagrament żdiedet ħafna, u saru diskussjonijiet x’l-aħjar li jsir biex jonoraw kif inhu xieraq u jikkommemoraw dan l-avveniment. Fl-aħħar ġie deċiż illi t-30 ta’ Novembru, l-ġurnata li fiha ndunaw għall-ewwel darba bil-Miraklu, jiġi osservat bħala festa speċjali.

Għal bosta snin nhar dan l-anniversarju l-Penitenti Griżi (Grey Penitents) kienu jinżgħu ż-żarbun u jimxu fuq rkupptejhom mill-bieb sal-artal.

Sfortunatament fl-eqqel tar-Rivoluzzjoni Franċiża fl-1793 il-Kappella tas-Salib Imqaddes ġiet meqruda. Imma wara li għadda dan iż-żmien tal-biża’ l-kappella reġgħet inbniet bis-saħħa tal-ġenerożita’ ta’ familja nobbli. Wara li tkompliet il-kappella, l-Arċisqof ta’ Avignon reġa’ taha l-privileġġi li kellha fiż-żmien ta’ qabel, dik ta’ kappella tal-Adorazzjoni Perpetwa. Jingħad li dan il-privileġġ għadha tgawdih sal-lum.

English Version: http://www.therealpresence.org/eucharst/mir/english_pdf/Avignon1.pdf

Alternative Reading: https://www.piercedhearts.org/treasures/eucharistic_miracles/avignon.htm

or: https://www.traditioninaction.org/religious/h036rp.MiracleAvignon_OReilly.html

Nota: It-Tagħrif dwar dan il-Miraklu Ewkaristiku huwa ta’ Dun Ġorġ Mercieca, adattat mill-oriġinal ta’ Joan Carroll Cruz.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s