12. Il-Miraklu ta’ Dubna, Polonja

74_small_1300700446IL-MIRAKLU TA’ DUBNA, POLONJA
(illum Dubna hi fir-Russja)
1867

Biex nifhmu sewwa l-Miraklu ta’ Dubna wieħed irid jikkonsidra l-kundizzjonijiet politiċi u ekkleżjastiċi fil-Polonja li bdew fl-1863, erba’ snin qabel il-Miraklu.

Ir-Russja bdiet teqred lil Polonja billi nfurzat illi l-lingwa nazzjonali tkun ir-Russu, keċċiet nies mill-impjieg tagħhom u anke kkonfiskatilhom l-artijiet.

Il-kundizzjonijiet għall-Knisja fil-Polonja saru diffiċli ħafna. Billi l-kattoliċiżmu kienet ir-reliġjon predominanti fil-Polonja, r-Russja għamlet minn kollox biex taqta’ kull rabta li kellha l-Polonja mal-Papa. Il-monasteri ġew magħluqa. Il-propjeta’ tal-Knisja ġiet ikkonfiskata u devozzjonijiet pubbliċi, purċissjonijiet, niċeċ fit-toroq, kif ukoll tiswijiet ta’ postijiet sagri ġew miżmuma. Kotba tal-liturġija u devozzjonijiet xiżmatiċi ġew introdotti fil-knejjes kattoliċi.

Fl-1865 kull relazzjoni diplomatika bejn ir-Russja u Papa Piju IX spiċċat għal kollox. Minflok ma ħallew il-Papa jmexxi l-Knisja, ġie magħżul kulleġġ ta’ kanoniċi f’St Petersburg biex imexxi l-knisja fil-Polonja. L-isqfijiet u l-kapitoli opponew għal dan l-aġir bir-riżultat li xi dinjitarji għoljin tal-Knisja ġew diportati lejn ir-Russja. Il-bqija tal-kleru b’kuraġġ imxew fuq il-passi tal-kapijiet tagħhom u rrifjutaw li jirrikonoxxu l-awtorita’ tal-kulleġġ tal-kanoniċi.

maxresdefaultIżda ħafna kattoliċi beżgħu u waqgħu fix-xiżma. Fi żminijiet hekk tal-biża’ deher illi s-Salvatur ġietu ħniena mill-ippersegwitati pollakki.

Biex ikebbsilhom it-tama tagħhom u jurihom li Hu Missier li jipproteġihom deherilhom ġo knisja żgħira tal-kattoliċi ġewwa Dubna, villaġġ żgħir fil-Polonja. (Illum Dubna nsibuha fir-Russja madwar 25 mil lejn il-Punent tal-belt ta’ Tula).

In-nies tal-parroċċa, li kienu devoti ħafna, kienu jaduraw bil-moħbi waqt il-Kwaranturi nhar il-5 ta’ Frar 1867. Waqt li l-ostensorju kien sponut fuq l-artal, il-fidili li kienu viċin l-artal bdew jirrimarkaw lil xulxin illi kienu qegħdin jaraw raġġi ħerġin mill-Ostja. F’daqqa waħda raw il-figura tas-Sinjur Tagħna f’nofs l-Ostja.

Il-kappillan li kien imexxi ċ-ċerimonji eżamina tajjeb il-Miraklu. Ħafna nies li kienu fil-kongregazzjoni resqu wkoll lejn l-artal biex jaraw l-appirazzjoni għalkemm, jew minħabba l-biża’ jew b’devozzjoni, ma setgħux jitilgħu t-taraġ tal-artal. Jingħad illi l-appirazzjoni baqgħet sejra sa tmiem il-funzjoni. Rawha dawk kollha preżenti sew il-kattoliċi li kienu hemm b’devozzjoni kif ukoll ix-xiżmatiċi li kienu hemm b’kurżita’.

Host Monstrance Divine Mercy EucharistL-aħbar tal-ġrajja nfirxet mal-inħawi u mar-raħal, u billi rawha xi xiżmatiċi wkoll l-aħbar waslet għand l-awtoritajiet. Is-saċerdot ġie msejjaħ quddiem id-direttur tal-pulizija fejn ġie msejjaħ jagħmel stqarrija dwar il-ġrajja. L-informazzjoni għaddiet għand il-Gvernatur ta’ Schitomir u dan hedded li jarresta lil kull min jitkellem dwar il-Miraklu. Is-saċerdot ta’ rakkont iddettaljat lill-isqof tiegħu, u dan talab skiet dwar is-suġġett minħabba l-biża’ li l-gvern imur jagħlaq il-knisja.

Għalkemm l-aħbar dwar dan il-Miraklu nxtered bil-kwiet u b’segretezza iżda saret taf bih il-Polonja kollha li dak iż-żmien kienet qegħda ssofri ħafna. Dan il-Miraklu kien ta’ konsolazzjoni kbira u nkoraġġiment għall-kattoliċi huma u jistennew it-twaqqif mill-ġdid tan-nazzjon tagħhom u l-miġja tal-liberta’ biex ikunu jistgħu jipprattikaw il-fidi kattolika mill-ġdid.

English Version: https://books.google.com.mt/books?id=3m-uCgAAQBAJ&pg=PT247&dq=eucharistic+miracle+in+Dubna+(poland)+now+in+Russia&hl=en&sa=X&ved=0ahUKEwjkp_-Ol77fAhUjp4sKHXKaBXEQ6AEIKTAA#v=onepage&q=eucharistic%20miracle%20in%20Dubna%20(poland)%20now%20in%20Russia&f=false

Nota: It-Tagħrif dwar dan il-Miraklu Ewkaristiku huwa ta’ Dun Ġorġ Mercieca, adattat mill-oriġinal ta’ Joan Carroll Cruz.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s