11. Iż-Żewġ Mirakli ta’ Firenze, Italija

Verżjoni Vidjo: Iż-Żewġ Mirakli ta’ Firenze

Sant'AmbrogioIŻ-ŻEWĠ MIRAKLI TA’ FIRENZE, ITALJA
1230 u 1595

Il-knisja ta’ San Ambroġ, fiċ-ċentru tal-belt ta’ Firenze, hi pprivileġġata li għandha mhux biss wieħed imma żewġ relikwi Ewkaristiċi.

L-ewwel Miraklu ġara fid-29 ta’ Diċembru 1230, u jinvolvi lis-saċerdot Uguccione li dak iż-żmien kien il-kappillan tal-monasteru tas-sorijiet affiljati ma’ din il-knisja ta’ San Ambroġ.

CaptureGħodwa waħda wara ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa, is-saċerdot b’aljenazzjoni ma xxuttax sewwa l-kalċi u ħalla ftit inbid ikkonsagrat f’qiegħ il-kalċi. L-għada filgħodu meta mar biex jipprepara għaċ-ċelebrazzjoni ta’ quddiesa oħra, stagħġeb mhux ftit meta f’qiegħ il-kalċi sab kwantita’ ta’ demm magħqud!

Għaddew 750 sena u dan id-demm għadu ppreservat perfettament. Il-ħitan tal-knisja ta’ San Ambroġ, fejn hu miżmum il-Miraklu, ġew dekorati minn Cosimo Rosselli b’pitturi li juru d-Demm Mirakuluż fit-toroq ta’ Firenze fl-1340 meta din il-belt ġiet maħkuma mill-pesta.

It-tieni Miraklu ġara fl-24 ta’ Marzu 1595 meta qabdet it-tvalja ta’ l-altar maġġur fejn saret ħsara lill-artal u lit-tabernaklu. Pissidi bl-Ostji Kkonsagrati waqa’ fl-art u nfetaħ bid-daqqa. Dawk l-Ostji li waqgħu fuq it-tapit f’riġlejn l-artal daru u nbarmu, u resqu lejn xulxin ‘l bogħod min-nar. Sa llum din il-kollezzjoni ta’ Ostji għadha perfettament ippreservata wara kważi 400 sena.

Florence (1)Illum dawn iż-żewġ Mirakli nsibuhom fl-istess ostensorju. Fuq in-naħa ta’ fuq ta’ dan l-ostensorju naraw anġlu żgħir tad-deheb iżomm reċipjent fejn tista’ titpoġġa Ostja Kkonsagrata. Taħt dan u bejn żewġ anġli ikbar hemm kristalla li minn ġo fiha wieħed jista’ jara l-vjal tal-kristall li fih jinżamm id-demm magħqud tal-Miraklu tal-1230. Taħt dan il-vjal jidher ir-reċipjent bl-Ostji tal-1595. Dan ir-relikwarju jinsab f’kappella f’tabernaklu sabiħ imnaqqax minn Mino ta’ Fiesole fl-1481.

Kull sena dan l-ostensorju li jiġbor fih iż-żewġ Relikwji Ewakristiċi jiġi poġġut għad-devozzjoni tan-nies fil-knisja ta’ San Ambroġ. Skont il-kappillan tal-parroċċa, dawn il-mirakli “… huma sinjal qawwi għalina tal-preżenza rejali ta’ Ġesu’ fl-Ewkaristija.”

English Version: http://www.therealpresence.org/eucharst/mir/english_pdf/Florence.pdf

Alternative Reading: http://www.therealpresence.org/eucharst/mir/emc_book003_pdf/e_mir_st_children_16_17.pdf

Wikipedia: https://en.wikipedia.org/wiki/Sant%27Ambrogio,_Florence

Nota: It-Tagħrif dwar dawn iż-Żewġ Mirakli Ewkaristiċi huwa ta’ Dun Ġorġ Mercieca, adattat mill-oriġinal ta’ Joan Carroll Cruz.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s