Hemm miktub:
“Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej.” Induqu l-aktar ‘il Mulej fl-Ewkaristija. Imma l-Ewkaristija ma fiha l-ebda tomgħa forsi tgħidli int. Ħija għandek żball!
L-Ewkaristija fiha tomgħa tassew meraviljuża!
Meta wieħed jitqarben, wieħed għandu jħoss tomgħa qawwija li timlielek qalbek:
- tomgħa ta’ ħlewwa,
- tomgħa ta’ ferħ,
- tomgħa ta’ paċi,
- tomgħa ta’ qdusija,
- tomgħa ta’ kuraġġ,
- tomgħa ta’ fwieħa spiritwali,
- tomgħa tal-ġenn!
- tomgħa ta’ Alla nnifsu.
Fl-Ewakaristija għandek issib ukoll tomgħa ta’ mogħdrija.
Fl-Ewkaristija għandek issib ukoll tomgħa ta’ maħfra.
Fl-Ewkaristija għandek issib ukoll tomgħa ta’ ħniena.
Iva, tomgħa tad-dinja l-oħra,
tomgħa tal-eternita’.
Tomgħa tal-ġenna.
Grazzi, Mulej. Grazzi, Missier, ta’ dan ir-rigal meraviljuż.
Grazzi, Spirtu Qaddis, ta’ dan il-misteru kbir ta’ mħabba.
Imħabba għalina. Għalija.
Santissima Trinita’ jien infaħħrek u nadurak.
Ammen.
Nota: Ħsieb minn kitba ta’ Ronnie Gauci.
Pingback: Talb Ewkaristiku – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju