9. Talb lil Marija għas-Saċerdoti

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għas-Saċerdoti.

Immaculate_Conception_FACEAtt ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija

O Qalb bla tebgħa ta’ Marija, mixħutin f’riġlejk nikkonsagraw lilna nfusna lilek. Nifhmu li nikkonsagrawlek dak kollu li aħna u dak kollu li għandna mingħajr ebda riserva.

Nikkonsagrawlek speċjalment il-missjoni li Ġesu’ Ibnek għoġbu jagħżilna għaliha, il-missjoni li nitolbu, ngħinu u nsofru għall-erwieħ saċerdotali, li huma l-erwieħ prediletti ta’ Ġesu’ u tiegħek.

Inti taf biżżejjed, O Marija, liema delikatezza u liema ġenerożita’ titlob minna missjoni bħal din. Imma aħna żguri mill-għajnuna tal-patroċinju tiegħek u għalhekk aħna nirrikorru lejk u f’idejk nerħu l-qadi tal-missjoni tagħna.

O Marija, din il-missjoni ma nistgħux naqduha sewwa mingħajr ma jkollna intimita’ kbira ma’ Ġesu’ Saċerdot Etern u l-ewwel saċerdot. Ressaqna għalhekk dejjem izjed lejn il-Qalb adorabbli tiegħu biex jagħmilna erwieħ tal-Ġetsemani, erwieħ li nkunu nafu nitolbu u nsofru.

Żvojta l-qalb tagħna minn kull imħabba li mhix ta’ Ġesu’, biex nimlewha bih. Rażżan l-amor proprju tagħna, ippurifika l-intenzjonijiet tagħna u agħmel fuq kollox li r-relazzjonijiet tagħna mas-saċerdoti ta’ Ġesu’ Ibnek ikunu kollha kemm huma spiritwali u sopranaturali.

Aċċetta, O Marija, din il-konsagrazzjoni tagħna lilek u nitolbuk biex waqt it-tqarbin tressaqna inti stess quddiem it-tron tal-lben tiegħek Ġesu’. F’ġieħ l-istess Kristu Sidna. Ammen.


Lil Ommna Marija taħt is-Salib

Omm taħt is-Salib, Omm il-Ħniena,

Ixħet ix-xibka tiegħek, li int irbatt flimkien permezz tal-anġli u l-bnedmin.

Ixħitha fuq is-saċerdoti kollha li għerqu fl-oskurita f’qiegħ il-baħar u salvahom bil-qawwa ta’ Alla u fil-ħniena materna ta’ mħabbtek! Ammen.


Talba lis-Sinjura tagħna tas-Santissmu Sagrament

O Vergni Marija, Sinjura tagħna tas-Santissmu Sagrament, glorja tal-poplu t’Alla f’din l-art, ferħ tal-Knisja u saħħa tad-dinja, itlob għalina u qanqal fil-qlub ta’ dawk kollha li jemmnu fi Kristu Ibnek, fidi sħiħa fl-Ewkaristija Mqaddsa biex ilkoll jingħaqdu bejniethom u jirċevuha kif jixraq. Ammen.


e2b9bd450c137be821c5f17839c05cfcMarija, Omm il-Knisja

Marija, Omm il-Knisja, induru lejk. Bl-‘iva’ tiegħek, inti ftaħt il-bieb għall-preżenza ta’ Kristu u għall-appell tal-Maesta’ Divina f’silenzju umli u b’sottomissjoni totali. Agħmel li ħafna rġiel u nisa jsiru jafu u jisimgħu, anki llum, il-vuċi ħelwa tal-istedina ta’ Ibnek: ‘Imxi warajja.’

Oħroġ l-idejn materni tiegħek fuq il-missjunarji mxerrda madwar id-dinja, fuq ir-reliġjużi rġiel u nisa li jassistu l-anzjani, il-morda, in-nies b’kull xorta ta’ diżabilita’, l-orfni; fuq dawk li huma mpenjati li jgħallmu, fuq il-membri ta’ stituti sekulari, il-ħidma tajba li ssir fis-silenzju; fuq dawk li fil-klawsura jgħixu fil-fidi u l-imħabba u jitolbu għas-salvazzjoni tad-dinja. Ammen.

Papa San Ġwanni Pawlu II


Talba lill-Madonna għall-Bżonnijiet tal-Knisja

O Verġni Marija li assistejt għat-twelid tal-Knisja ta’ Ġesu’ Ibnek, nissel fi qlubna mħabba kbira lejn il-Knisja.

Inti li sofrejt dulur kbir fil-Qalb tiegħek meta rajt il-Knisja ppersegwitata, agħti nitolbuk, kuraġġ u għajnuna lil dawk kollha li qegħdin isofru u jikkumbattu għaliha.

Inti li t-talb tiegħek għandu tant qawwa fuq il-qalb t’Alla, agħmel li ħutna kollha mxerrdin mad-dinja juru mħabba, rispett u ubbidjenza lejn il-Knisja.

Nissel fina lkoll żelu kbir fis-servizz tal-Knisja, għarusa maħbuba ta’ Ġesu’ Kristu Ibnek, li jgħix u jsaltan mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.


Our-Lady-of-RansomTalba lil Marija għas-Saċerdoti

Omm is-Salvatur tagħna, f’dan iż-żmien iddedikat għalik, b’ferħ kbir insejjħulek imbierka. Inti emmint fil-Kelma t’Alla l-Missier u ddikjarajt lilek innifsek bħala l-qaddejja tiegħu, għalhekk permezz tiegħek, il-Verb sar bniedem u għammar fostna. Insellmulek bħala Omm, Ommna, Omm il-Knisja. Min jaf b’liema mħabba ħadt ħsieb tal-Knisja fil-bidu tagħha u b’liema attenzjoni ta’ omm qawwejt lill-appostli filwaqt li kkommettew lilhom infushom biex iwettqu x-xogħol tal-Iben Divin tiegħek fid-dinja. Agħmel li l-Knisja tkun dejjem is-sinjal u l-istrument ta’ unjoni intima ma’ Alla.

Lilek, Ommna, nafdaw b’mod speċjali l-isqof u s-saċerdoti tad-djoċesi tagħna. Lilhom ingħata li jaqsmu b’mod speċjali fis-saċerdozju tal-Iben Divin tiegħek. Hu għażilhom biex ikunu ministri tal-Kelma Tiegħu u tas-Sagramenti. Itolbu biex jimlihom biż-żelu, biex iżommhom fidili u ferħana fis-servizz tiegħu, konxji tal-fatt li huma jieħdu ħsieb sabiex jagħtu glorja lill-Missier u unur lill-Knisja.

Omm Qaddisa, żid in-numru tas-saċerdoti biex tnebbaħ liż-żgħażagħ tagħna biex ikunu aktar ġenerużi fit-tweġiba tagħhom biex iservu lil Ġesu’ fis-saċerdozju u fil-ħajja reliġjuża. Saħħaħ lilna lkoll, O Verġni Marija, fil-vjaġġ tagħna tal-fidi u aqlagħlna l-grazzja tas-salvazzjoni eterna.


One thought on “9. Talb lil Marija għas-Saċerdoti

  1. Pingback: Talb għall-bżonnijiet tas-Saċerdoti – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s