13. Litaniji oħra

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għas-Saċerdoti.

header-3

Litanija tad-Demm l-aktar Prezzjuż

  • Mulej, ħniena
  • Kristu, ħniena,
  • Mulej, ħniena,
  • Kristu, ismagħna,
  • Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.
  • Missier Etern, Alla, ħenn għalina.
  • Iben, Alla, li fdejt id-dinja, ħenn għalina.
  • Spirtu s-Santu, Alla, ħenn għalina.
  • Trinita’ Qaddisa, Alla wieħed, ħenn għalina.
  • Demm ta’ Kristu, Demm tal-Kelma ta’ Alla Inkarnata, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, Demm tat-Testment il-Ġdid u l-Etern, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, imxerred fuq id-dinja fl-Agunija, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, imxerred b’abbundanza fil-flaġellazzjoni, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, iċarċar mill-kuruna tax-xewk, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, imxerred mis-Salib, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, prezz is-salvazzjoni tagħna, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, li minn għajrek m’hemmx Fidwa, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, li jaqta’ l-għatx tal-erwieħ u jippurifikahom fl-Ewkaristija, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, torri ta’ ħniena, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, rebbieħ fuq ix-xjaten, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, kuraġġ tal-martri, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, qawwa tal-konfessuri, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, prinċipju tal-verġni, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, qawwa tal-imġarrbin, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, serħan tal-ħaddiema, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, konsolazzjoni tal-imnikkta, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, tama tan-niedma, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, paċi u ħlewwa tal-qlub, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, ħlas tal-ħajja ta’ dejjem, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, ħelsien tal-erwieħ tal-purgatorju, salvana.
  • Demm ta’ Kristu, li jistħoqqlok kull unur u glorja, salvana.

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, eħlisna Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ismagħna Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina.

  • Inti salvajtna, O Mulej, b’demmek.
  • U għamiltna saltna għal Alla.

Nitolbu: Alla Etern u li tista’ kollox, li ddestinajt lill-uniku Iben tiegħek biex ikun is-Salvatur tad-dinja u ridt li permezz tad-Demm Prezzjuż Tiegħu tagħtina l-paċi li konna tlifna, agħtina l-grazzja li nqimu l-prezz tas-salvazzjoni tagħna u li niskopru fiha il-virtu’ li għandha – id-difiża kontra l-ħażin taż-żmien preżenti – b’tali mod li nkunu nistgħu ingawdu l-frott tagħha fis-sema permezz ta’ l-istess Kristu, Sidna. Ammen.


HOLY_SACREMENTLitanija ta’ Riparazzjoni

  • Mulej, ħniena
  • Kristu, ħniena,
  • Mulej, ħniena,
  • Kristu, ismagħna,
  • Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.
  • Missier Etern, Alla, ħenn għalina.
  • Iben, Alla, li fdejt id-dinja, ħenn għalina.
  • Spirtu s-Santu, Alla, ħenn għalina.
  • Trinita Qaddisa, Alla wieħed, ħenn għalina.
  • Ostja Mqaddsa, offerta għas-saħħa tal-bnedmin, ħenn għalina.
  • Ostja Mqaddsa, umiljata fuq l-Altar minna u għalina, ħenn għalina.
  • Ostja Mqaddsa, offiża mill-ħżiena, ħenn għalina.
  • Ostja Mqaddsa, miġġielda mill-eretiċi u minn dawk li ma jemmnux fik, ħenn għalina.
  • Ostja Mqaddsa, imżebilħa mid-dgħajfa, ħenn għalina.
  • Ostja Mqaddsa, ħobż tal-anġli mogħti lil min ma jixraqlux, ħenn għalina.
  • Ostja Mqaddsa, ittraskurata u abbandunata fil-knejjes, ħenn għalina.
  • Alla, kun ħanin magħna, u aħfrilna.
  • Alla, kun għalina ta’ għajnuna, u ismagħna.
  • Għad-disprezzi bla qies lejn is-Sagrament hekk tal-għaġeb, aħna npattulek, Mulej!
  • Għat-tqarbin ħażin, aħna npattulek, Mulej!
  • Għall-Quddies sagrileġġ, aħna npattulek, Mulej!
  • Għan-nuqqas ta’ qima tal-insara, aħna npattulek, Mulej!
  • Għan-nuqqas ta’ ġieħ fil-knejjes Tiegħek, aħna npattulek, Mulej!
  • Għas-serq tal-Pissidi Mqaddsa, aħna npattulek, Mulej!
  • Għad-dagħa ta’ sikwit tal-ħżiena, aħna npattulek, Mulej!
  • Għall-wiri ta’ films ħżiena li joffendu s-sentimenti ta’ pajjiż nisrani, aħna npattulek, Mulej!
  • Għall-ebusija u kefrija tal-eretiċi, aħna npattulek, Mulej!
  • Għal Ġesu’ Kristu ppersegwitat fil-Vigarju Tiegħu f’din l-art, aħna npattulek, Mulej!
  • Għal  Ġesu’ Kristu ppersegwitat fl-Isqfijiet Tiegħu, aħna npattulek, Mulej!
  • Għal Ġesu’ Kristu ppersegwitat fis-saċerdoti Tiegħu, aħna npattulek, Mulej!
  • Għal Ġesu’ Kristu diżoronat mill-ġurnali ħżiena, aħna npattulek, Mulej!
  • Għad-diskors ħażin li jingħad fil-knejjes Tiegħek min-nies bla għaqal, aħna npattulek, Mulej!
  • Għall-profanaturi tal-knejjes, li jagħmluhom post ta’ skandlu, aħna npattulek, Mulej!
  • Mulej kattar fl-insara kollha r-rispett lejn l-Adorabbli Sagrament tal-Altar, Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
  • Mulej, ikxef is-Sagrament tal-imħabba Tieghek lill-eretiċi,
  • Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
  • Mulej, ixħet fuqna l-offiżi ta’ dawk li jiddisprezzawk,
  • Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
  • Mulej, ilqa’ t-tpattija tagħna magħmula bi spirtu ta’ umilta’,
  • Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
  • Mulej, agħmel li togħġbok dejjem l-adorazzjoni tagħna,
  • Ismagħna, nitolbuk, Mulej!
  • Ostja Pura, ismagħna.
  • Ostja Mqaddsa, ismagħna.
  • Ostja Immakulata, ismagħna.

Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, aħfrilna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ismagħna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf ta’ Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina.

O Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu, f’ġieħ l-Omm Tiegħek Marija jkollok ħniena minna, ilqa’ dawn l-atti ta’ riparazzjoni, u bierek l-ulied tal-Omm Tiegħek. Ammen.


Jesus_133Litanija tal-Mulej Ġesu’ Kristu u Vittma

  • Mulej ħniena
  • Kristu ħniena
  • Mulej ħniena
  • Kristu ismagħana
  • Kristu ilqa’ t-talb tagħna
  • Alla Missier tas-Sema, ħenn għalina
  • Alla l-Iben, Salvatur tad-dinja, ħenn għalina
  • Alla l-Ispirtu s-Santu, ħenn għalina
  • Trinita’ Qaddisa Alla wieħed, ħenn għalina
  • Ġesu , Saċerdot u Vittma, ħenn għalina
  • Ġesu , Saċerdot għal dejjem skont l-Ordni ta’ Melkisedek, ħenn għalina
  • Ġesu , Saċerdot li Alla bagħat biex jippriedka l-Vanġelu lill-foqra, ħenn għalina
  • Ġesu , Saċerdot  li tgħix għal dejjem biex tinterċedi għalina, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir li l-Missier ikkonsagra bl-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir magħmul minn fost il-bnedmin, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir mogħti għall-bżonnijiet tal-bnedmin, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir tal-Fidi tagħna, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir aktar glorjuż minn Mose’, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir tat-Tabernaklu l-Vera, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir tal-ġid futur, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir li int qaddis, innoċenti u bla tebgħa, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir imħeġġeġ biż-żelu għal Alla u għall-erwieħ, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir magħmul perfett għal dejjem, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir li b’demmek stess dħalt fis-Smewwiet, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir li ftaħt għalina triq ġdida, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir li ħabbejtna u naddaftna minn dnubietna b’Demmek, ħenn għalina
  • Ġesu , is-Saċerdot il-Kbir li offrejt Lilek Innifsek lil Alla bħala offerta u vittma, ħenn għalina
  • Ġesu’, sagrifiċċju ta’ Alla u l-bniedem, ħenn għalina.
  • Ġesu’, offerta qaddisa u immkulata, ħenn għalina.
  • Ġesu’, vittma li togħġob, ħenn għalina.
  • Ġesu’, offerta tal-paċi, ħenn għalina.
  • Ġesu’, sagrifiċċju ta’ għaxqa u tifħir, ħenn għalina.
  • Ġesu’, offerta ta’ rikonċiljazzjoni u paċi, ħenn għalina.
  • Ġesu’, offerta fejn aħna npoġġu l-fiduċja tagħna u għandna aċċess għal Alla, ħenn għalina.
  • Ġesu’, vittma ħajja għal dejjem ta’ dejjem, ħenn għalina.
  • Minn min jidħol mal-kleru u ma jkunx imsejjaħ imma biss jissoponi, eħlisna o Ġesu’.
  • Mid-dnub sagrileġġ, eħlisna o Ġesu’.
  • Minn traskuraġni u telqa spiritwali, eħlisna o Ġesu’.
  • Minn qdusija ta’ nofs kedda, eħlisna o Ġesu’.
  • Minn kull użu ħażin ta’ oġġetti sagri, eħlisna o Ġesu’.
  • Mit-tqassim ħażin tal-ġid tal-Knisja, eħlisna o Ġesu’.
  • Mill-imħabba tad-dinja u l-vanita’ tagħha, eħlisna o Ġesu’.
  • Minn ċelebrazzjoni li ma tixraqx tal-Misteri tiegħek, eħlisna o Ġesu’.
  • Bis-saċerdozju etern tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
  • Bil-konsagrazzjoni qaddisa tiegħek fejn int ġejt imqiegħed Saċerdot minn Alla l-Missier, nitolbuk, ismagħna.
  • Bl-ispirtu saċerdotali tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
  • B’dak il-ministeru li bih igglorifikajt lill-Missier fid-dinja, nitolbuk, ismagħna.
  • Bit-tbatija mdemmija tiegħek irrealizzata darba għal dejjem fuq is-salib, nitolbuk, ismagħna.
  • Bl-istess sagrifiċċju mġedded kuljum fuq l-altar, nitolbuk, ismagħna.
  • B’dik il-qawwa divina li Inti teżerċita b’mod inviżibbli fis-saċerdoti tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
  • Nitolbuk tikkonserva l-ordni saċerdotali kollu fir-reliġjon qaddisa, nitolbuk, ismagħna.
  • Nitolbuk tipprovdi lill-poplu tiegħek b’rgħajja skont qalbek, nitolbuk, ismagħna.
  • Nitolbuk timlihom  fl-ispirtu saċerdotali tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
  • Agħtina li x-xofftejn tas-saċerdoti jsaħħu l-Għerf veru, nitolbuk, ismagħna.
  • Nitolbuk tibgħat ħaddiema fidili fil-ħsad tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
  • Nitolbuk tkattar il-ministri fidili tal-misteri tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
  • Agħtina li huma jipperseveraw fis-servizz tar-Rieda tiegħek, nitolbuk, ismagħna.
  • Agħtihom l-umilta’ fil-ministeru, għaqal fl-azzjoni u konsistenza fit-talb, nitolbuk, ismagħna.
  • Agħti li l-kult tas-Sagrament l-aktar Imbierek ikun kullimkien meqjum minnhom, nitolbuk, ismagħna.
  • Nitolbuk irċievi dawk li servewk sew, fil-ferħ tiegħek, nitolbuk, ismagħna.

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, eħlisna, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, nitolbuk ismagħna, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina, Mulej.

  • Ġesu’ Saċerdot, ismagħna.
  • Ġesu’ Saċerdot, nitolbuk ismagħna.

Nitolbu: O Alla, Inti li tqaddisna u li tipproteġi l-Knisja Tiegħek, qajjem fiha permezz tal-Ispirtu Tiegħek amministraturi tajba u fidili tal-Misteri Qaddisa tiegħek, sabiex bil-ministeru u l-eżempju tagħhom, l-insara jkunu mmexxija taħt il-protezzjoni tiegħek tul it-triq tas-salvazzjoni. Bi Kristu Sidna. Ammen.

O Alla, meta d-dixxipli kienu jagħtuk qima u jsumu, ordnajt lil Sawlu u lil Barnaba biex ikunu mogħtija għall-ħidma li għaliha sejjaħtilhom, kun preżenti issa għall-Knisja Tiegħek magħquda fit-talb, u Int, li taf x’hemm fil-qlub ta’ kulħadd, uri dawk li Inti għażilt għall-ministeru. Bi Kristu Sidna. Ammen.


mystical-rose1

Litanija ta’ Marija Warda Mistika

  • Mulej ħniena
  • Kristu ħniena
  • Mulej ħniena
  • Kristu ismagħna
  • Kristu ilqa’ t-talb tagħna
  • Alla Missier tas-Sema, ħenn għalina
  • Alla l-Iben, Salvatur tad-dinja, ħenn għalina
  • Alla l-Ispirtu s-Santu, ħenn għalina
  • Trinita’ Qaddisa Alla wieħed, ħenn għalina
  • Qaddisa Marija, itlob għalina
  • Warda Mistika, itlob għalina
  • Omm Verġni ta’ Kristu, itlob għalina
  • Għarusa tal-Ispirtu s-Santu, itlob għalina
  • Omm tal-Grazzja Divina, itlob għalina
  • Omm il-Ħajja Prezzjuża, itlob għalina
  • Omm tal-Ulied Mitlufa, itlob għalina
  • Omm l-Itturufnati, itlob għalina
  • Omm il-Ħniena Ħelwa, itlob għalina
  • Omm tad-Duluri, itlob għalina
  • Omm tar-Ruħ u l-Moħħ tagħna, itlob għalina
  • Omm ta’ min hu Muġugħ, itlob għalina
  • Omm ta’ min qed Imut, itlob għalina
  • Verġni l-aktar Kasta, itlob għalina
  • Verġni l-aktar Umli, itlob għalina
  • Verġni l-aktar Perseveranti, itlob għalina
  • Warda tal-Ġnien tas-Sema, itlob għalina
  • Fwieħa tal-Kewkba ta’ Filgħodu, itlob għalina
  • Altar tal-Offerti tal-Paċi, itlob għalina
  • Kristall tad-Dawl, itlob għalina
  • Perla tal-Baħar, itlob għalina
  • Tarka tal-Kuraġġ, itlob għalina
  • Xatba tal-Bitħa l-Magħluqa, itlob għalina
  • Ħġieġa taż-Żmien, itlob għalina
  • Fjamma ta’ Mħabba Mqabbda, itlob għalina
  • Riħ ta’ Ġentilezza, itlob għalina
  • Fonti tal-Grazzja Divina, itlob għalina
  • Kontenitur Imbierek ta’ Mħabba, itlob għalina
  • Omm Imbierka ta’ Kristu, itlob għalina
  • Xmara ta’ Ferħ Interjuri, itlob għalina
  • Muntanja li ma Titħarrikx, itlob għalina
  • Ragħad tar-Riżoluzzjonijiet, itlob għalina
  • Profondita’ ta’ Mpenn, itlob għalina
  • Mudell ta’ Gwida għall-Eternita’, itlob għalina
  • Sultana tal-Anġli, itlob għalina
  • Sultana tal-Fjuri, itlob għalina
  • Sultana tal-Arti, itlob għalina
  • Sultana tal-Knisja Mqaddsa, itlob għalina
  • Sultana tal-Ewkaristija Qaddisa, itlob għalina
  • Sultana tal-Qalb Immakulata, itlob għalina
  • Sultana tal-Kelma, itlob għalina
  • Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, Immakulata mill-kreazzjoni Tiegħek, minfuda bl-uġiegħ u mħeġġa bl-imħabba, itlob għall-kleru tagħna u għar-reliġjużi kollha, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li qed jimxu fit-triq il-ħażina, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li m’għadhomx juru r-rispett neċessarju li hu mistħoqq lil Alla, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li m’għadx għandhom aktar il-kuraġġ li jistqarru l-fidi tagħhom, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li ma juru l-ebda rispett lejn l-Ewkaristija l-aktar Qaddisa.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li tawha għall-attrazzjoni ta’ dinja mqarrqa u m’għadhomx ifittxu ‘l Alla aktar.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, minfuda bl-uġigħ u mħeġġa bl-imħabba, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li telqu s-Sagrament Imqaddes tar-Rikonċiljazzjoni u qed jittolleraw azzjonijiet tad-dnub, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li m’għadx għandhom imħabba għalik u għalhekk qalbhom saret kiesħa malajr, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li m’għadhomx jobdu lill-Papa aktar, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li qed jimxu fit-triqat il-ħżiena u jniġġsu l-imħuħ tan-nies, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li telqu l-Knisja, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha u f’ġieħ il-Qalb Immakulata tiegħek, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha u f’ġieħ id-Dmugħ tiegħek, Salvahom
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieħ Ibnek, li fuq is-Salib tak is-saċerdoti Tiegħu bħala wliedek, Salvahom
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieħ l-umilta’ tiegħek bħala qaddejja ta’ Alla b’hekk tiddi għalina bħala eżempju għall-qaddejja kollha ta’ Ġesu’ Kristu, Salvahom
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieħ ix-xwabel f’qalbek, li hi wkoll minfuda bix-xabla tad-duluri li int qed issofri għas-saċerdoti u r-reliġjużi, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieħ id-deżolazzjoni u kemm ħassejtek waħdek, li int sofrejt b’ubbidjenza totali, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieħ il-qawwa invinċibbli tal-interċessjoni għalina, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieħ il-fatt li inti l-Medjatriċi qawwija ta’ kull grazzja, Salvahom.
  • Immakulata Qalb ta’ Marija, Warda Mistika, itlob għal dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi kollha li f’ġieħ id-duluri tiegħek u d-dmugħ tiegħek tad-demm, Salvahom.

Konklużjoni: Alla ħanin li tista’ kollox, li għar-rebħa tal-ħniena Tiegħek u s-salvazzjoni tal-erwieħ tajt lill-Immakulata Verġni Marija riżorsi bla limitu għall-Qalb Qaddisa ta’ Ġesu’, agħtina, nitolbuk, li bit-talb u l-interċessjoni tagħha aħna nevitaw li nittieħdu mid-dnub u nservuk b’qalb safja, u li aħna ngħixu u mmutu fl-Imħabba Tiegħek Qaddisa.

O Mulej Ġesu’ Kristu, Medjatur tagħna mal-Missier, li fil-pjan tiegħek qiegħedt l-Imbierka Verġni Marija, il-Warda Mistika, Ommok u Omm il-Knisja biex tkun Ommna wkoll u l-Medjatriċi tagħna miegħek, agħtina fit-tjieba tiegħek li kull min jiġi għandek jitolbok biex tbierku, jimtela bil-ferħ għax jaqlagħhom kollha permezz tal-Qalb Immakulata ta’ Marija. Int li tgħix u ssaltan mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

O Omm, int il-gwida tagħna fit-triq b’imħabbtek għal Ibnek, Ġesu’ Kristu. Flimkien miegħek, ħallina ngħinu lir-reliġjużi mġarrba imma b’mod speċjali lis-saċerdoti tagħna. Huma għandhom l-aktar fakulta’ qaddisa li jitrasformaw l-inbid u l-ħobż fil-Ġisem ta’ Ibnek ; huma l-intermedjaturi bejna u bejn Alla ; huma jġorru r-responsabbilta’ kbira għar-ruħ tagħna.

Imma anki aħna responsabbli għall-Knisja Qaddisa biex tipproduċi saċerdoti qaddisin. Għinna permezz tal-Qalb Immakulata Tiegħek, O Omm Addolorata, li qed tħeġġeġ b’imħabba għalina. Ammen.

Nitolbu: 3 Missierna, 3 Sliema u 3 Glorja għall-qdusija tas-saċerdoti, l-isqfijiet u r-reliġjużi, għal gwida speċjali u għall-qawwa għall-Missier tagħna il-Papa.

Talba tal-Aħħar: Mulej Ġesu’ Kristu, int bgħattilna lil Ommok bħala eżempju sabiħ ta’ qdusija u mistiċiżmu u b’mod speċjali bħala ideal u patruna tas-saċerdoti u r-reliġjużi. Nitolbuk, agħtina l-għajnuna tiegħek biex nimitaw lill-Omm l-aktar Qaddisa tiegħek dejjem aktar, biex insiru erwieħ ta’ espanzjoni u erwieħ vittmi għal dawk is-saċerdoti li fallewk : Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.


stark-somber-blue-toned-imageLitanija tal-Passjoni

  • Mulej ħniena
  • Kristu ħniena
  • Mulej ħniena
  • Kristu ismagħna
  • Kristu ilqa’ t-talb tagħna
  • Alla Missier tas-Sema, ħenn għalina
  • Alla l-Iben, Salvatur tad-dinja, ħenn għalina
  • Alla l-Ispirtu s-Santu, ħenn għalina
  • Trinita’ Qaddisa Alla wieħed, ħenn għalina
  • Ġesu’, l-Għerf Etern, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, mibjugħ għal tletin biċċa tal-fidda, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, mixħut fl-art titlob fil-ġnien taż-żebbuġ, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, imqawwi bil-preżenza ta’ anġlu, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, maħsul bl-għaraq tad-demm fl-agunija Tiegħek, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, ittradut minn Ġuda b’bewsa, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, marbut mis-suldati, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, abbandunat mid-dixxipli, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, miġjub quddiem Anna u Kajfa, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, mogħti daqqa ta’ ħarta f’wiċċek minn qaddej, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, akkużat b’xhieda foloz, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, ikkundannat għall-mewt bla ħtija, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, mimli bil-bżieq, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, b’għajnejk mgħottijin, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, miċħud minn Pietru, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, iddisprezzat u mwaqqa’ għaż-żufjett minn Erodi, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, imlibbes libsa bajda, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, imwarrab minflok Barabba, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, b’ġismek ifflaġellat, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, imbenġel għal dnubietna, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, stmat bħal lebruż, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, imlibbes tunika ħamra, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, inkurunat bix-xewk, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li ġejt mogħti daqqiet ta’ qasba fuq rasek, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, mitlub li tiġi msallab mil-Lhud, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, ikkundannat għal mewta ħarxa, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, mogħti għar-rieda tal-għedewwa tiegħek, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, mgħobbi bit-tagħbija tas-Salib, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, meħud bħal nagħġa għall-qatla, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, imneżża’ minn ħwejġek, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li wegħedt il-Ġenna lill-ħalliel li nidem, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li tajt lil San Ġwann lil Ommok bħala binha, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li stqarrejt lilek innifsek minsi mill-Missier, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li ingħatajt il-ħall meta qabdek l-għatx, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li tajt xhieda li kull ma nkiteb fuqek kien mitmum, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li tlaqt ruħek f’idejn Missierek, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li obdejt sal-mewt tas-salib, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, minfud b’lanza, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, imniżżel minn fuq is-salib, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, impoġġi fis-sepulkru, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li qomt glorjuż fuq il-mewt, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li tlajt is-Sema, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, avukat tagħna quddiem il-Missier, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li bgħatt l-Ispirtu s-Santu, il-Paraklitu fuq id-dixxipli Tiegħek, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li għollejt lil Ommok fuq il-kori kollha tal-anġli, ikollok ħniena minna.
  • Ġesu’, li għad tiġi biex tiġġudika lill-ħajjin u lill-mejtin, ikollok ħniena minna.
  • Kun ħanin, eħlisna Mulej.
  • Kun ħanin, ismagħna nitolbuk Mulej.
  • Minn kull ħażen, eħlisna Mulej.
  • Minn kull dnub, eħlisna Mulej.
  • Mill-korla, mill-mibegħda u minn kull rieda ħażina, eħlisna Mulej.
  • Mill-gwerer, għaks u pestilenza, eħlisna Mulej.
  • Minn kull periklu tar-ruħ u tal-ġisem, eħlisna Mulej.
  • Mill-mewt ta’ dejjem, eħlisna Mulej.
  • Permezz tat-tnissil tiegħek bla tebgħa, eħlisna Mulej.
  • Permezz tat-Twelid mirakoluż Tiegħek, eħlisna Mulej.
  • Permezz taċ-ċirkonċiżżjoni umiljanti Tiegħek, eħlisna Mulej.
  • Permezz tal-magħmudija u s-sawm Tiegħek, eħlisna Mulej.
  • Permezz tal-ħidma u s-sahra Tiegħek, eħlisna Mulej.
  • Permezz tal-flaġellazjoni krudili u l-inkurunazzjoni bix-xewk, eħlisna Mulej.
  • Permezz tal-għatx, tad-dmugħ u tal-għera Tiegħek, eħlisna Mulej.
  • Permezz tal-mewt prezzjuża Tiegħek fuq is-Salib, eħlisna Mulej.
  • Permezz tal-Qawmien u t-Tlugħ glorjuż Tiegħek, eħlisna Mulej.
  • Permezz tal-miġja tal-Ispirtu s-Santu, il-Paraklitu, eħlisna Mulej.
  • F’Jum il-Ġudizzju, eħlisna Mulej.
  • Lilna midinbin, ismagħna nitolbuk Mulej.
  • Nitolbu li Int teħlisna, ismagħna nitolbuk Mulej.
  • Nitolbu li Int taħfrilna, ismagħna nitolbuk Mulej.
  • Nitolbu li Int twassalna għal indiema sinċiera, ismagħna nitolbuk Mulej.
  • Nitolbu li fil-ħniena Tiegħek Int tferra’ f’qalbna l-grazzja tal-Ispirtu s-Santu, ismagħna nitolbuk Mulej.
  • Nitolbu li Int tiddefendi l-Knisja Mqaddsa Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
  • Nitolbu li Int tħares u tkabbar il-popli kollha miġbura f’ismek, ismagħna nitolbuk Mulej.
  • Nitolbu li Inti tagħtina l-paċi vera Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
  • Nitolbu li Int tagħtina perseveranza fil-grazzja u fis-servizz qaddis Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.
  • Nitolbu li Int teħlisna minn ħsibijiet impuri, mit-tentazzjonijiet tax-xitan u mill-indannazjoni ta’ dejjem, ismagħna nitolbuk Mulej.
  • Nitolbu li Int tgħaqqadna mal-kumpanija tal-qaddisin Tiegħek, ismagħna nitolbuk Mulej.

Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, eħlisna, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, itolbuk ismagħna, Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina, Mulej.

  • Kristu,ismagħna.
  • Kristu,nitolbuk ismagħna.
  • Nadurawk O Ġesu’ u nberkuk,
  • Għax b’Salibek u l-mewt Tiegħek Inti fdejt id-dinja.

Nitolbu: Alla Etern u li tista’ kollox, li ddestinajt lill-uniku Iben tiegħek biex ikun is-Salvatur tad-dinja u ridt li permezz tad-Demm Prezzjuż Tiegħu tagħtina l-paċi li konna tlifna, agħtina l-grazzja li nqimu l-prezz tas-salvazzjoni tagħna u li niskopru fiha il-virtu’ li għandha – id-difiża kontra l-ħażin taż-żmien preżenti – b’tali mod li nkunu nistgħu ingawdu l-frott tagħha fis-sema permezz tal-istess Kristu, Sidna. Ammen.


One thought on “13. Litaniji oħra

  1. Pingback: Talb għall-bżonnijiet tas-Saċerdoti – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s