11. Talb għall-Vokazzjonijiet

Dokument sħiħ PDF jew WORD ta’ Talb għas-Saċerdoti.

Pope ordains one of 10 priests during Mass in St. Peter's BasilicaLitanija għall-Vokazzjonijiet  

  • Alla Missierna, ħallieq li ssejħilna għall-ħajja: Ħenn għalina.
  • Alla l-Iben, Qaddej Fidil: Ħenn għalina.
  • Alla l-Ispirtu s-Santu, Qawwa Ħajja tal-Kuraġġ: Ħenn għalina.
  • Marija, Omm Ġesu’, is-saċerdot Etern tagħna: Itlob għalina.
  • San Ġużepp, għarus tagħha: Itlob għalina.
  • San Pietru u San Pawl, l-Ewwel Appostli: Itolbu għalina.
  • San Benedittu u Santa Skolastika: Itolbu għalina.
  • San Ġwann Marija Vianney: Itlob għalina.
  • Santa Eliżabetta Ann Seton: Itlob għalina.
  • Irġiel u nisa kollha qaddisa: Itolbu għalina.
  • Mulej, agħti d-don ta’ qalb ġeneruża lill-ġenituri u lil dawk li huma msejħa għas-saċerdozju u l-ħajja reliġjuża. Nitolbuk dan bi Kristu Sidna. Ammen.

Talba quddiem Ġesu’ Ewkaristija għall-Vokazzjonijiet

O Alla, Missierna, Int sejjaħtilna fil-Magħmudija, biex nimxu wara Ibnek b’ħajja ta’ servizz ħaj għalik u għal xulxin. Agħtina l-għajnuna tiegħek waqt li nfittxu li ngħixu l-vokazzjoni tagħna f’ħajjitna. Nitolbu b’mod speċjali għal dawk li wieġbu għas-sejħa tiegħek bħala saċerdoti, patrijiet, sorijiet u djakni.

Żommhom fidili fil-mixja tagħhom wara Ibnek u agħtihom li jkunu f’servizz lejk, f’ħuthom il-bnedmin. Agħti li ħafna aktar irġiel u nisa jkunu miftuħa għall-isfida li jiddedikaw ħajjithom fil-ministeru tal-bini tas-Saltna Tiegħek.

Ġesu’, Saċerdot Kbir u Salvatur, nitolbuk biex issejjaħ irġiel u nisa fis-servizz tiegħek bħala saċerdoti u reliġjużi. Ħa jkunu ispirati mill-ħajjiet tas-saċerdoti li huma ddedikati, patrijiet u sorijiet.

Spirtu s-Santu, agħti lill-ġenituri l-grazzja tal-ġenerożita’ u l-fiduċja lejk u lejn binhom/binthom, sabiex uliedhom ikunu megħjuna biex jagħżlu l-vokazzjoni tagħhom f’ħajjithom bl-għerf u bil-liberta’. Nitolbuk dan kollu bi Kristu Sidna. Ammen.


Talba Quddiem Ġesu’ Ewkaristija għal aktar Vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi

Mulej Ġesu’ Kristu, Iben il-Missier Etern, Iben il-Verġni Marija, nirringrazzjawk talli offrejt ħajtek b’sagrifiċċju fuq is-Salib, u talli ġġedded dan is-sagrifiċċju f’kull Quddiesa ċċelebrata madwar id-dinja.

Bil-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu nadurawk u nxandru l-preżenza ħajja tiegħek fl-Ewkaristija. Nixtiequ nimitaw l-imħabba tiegħek li wrejtna fil-mewt u l-qawmien tiegħek, billi nħobbu u nservu lil xulxin.

Nitolbuk biex issejjaħ ħafna żgħażagħ għall-ħajja reliġjuża u biex tipprovdi saċerdoti qaddisa u ġenerużi li l-Knisja tiegħek tal-lum tant għandha bżonn. Mulej Ġesu’, isma’ talbna. Ammen.

Arċisqof Ġustin Rigali – San Louis


Ħaddiema tal-Ħsad

O Ġesu’, ir-Ragħaj it-Tajjeb, qajjem f’kull komunita’ parrokkjali, saċerdoti u djakni, reliġjużi, lajċi kkonsagrati u missjunarji skont il-bżonn tad-dinja kollha li int tħobb u trid issalva.

Aħna nafdaw b’mod partikolari l-komunita’ parrokkjali tagħna; oħloq fiha l-atmosfera spiritwali tal-ewwel insara biex tkun ċenaklu ta’ talb fejn aħna nilqgħu b’imħabba d-doni tal-Ispirtu s-Santu. Assisti r-Rgħajja tagħna u l-erwieħ ikkonsagrati kollha. Iggwida l-passi ta’ dawk li b’mod ġeneruż laqgħu is-sejħa tiegħek u ppreparaw lilhom infushom għall-Ordni Sagri jew għall-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi.

Ixħet il-ħarsa tiegħek ta’ mħabba lejn il-ħafna qlub ġenerużi qalb iż-żgħażagħ u stedinhom jimxu warajk. Għinnhom jifhmu li fik biss jistgħu jilħqu l-milja tagħhom.

Aħna nafdaw dawn ix-xewqat kbar tal-Qalb tiegħek f’idejn l-interċessjoni qawwija ta’ Marija, Omm u mudell tal-vokazzjonijiet kollha, u nitolbuk issaħħaħ il-fidi tagħna biċ-ċertezza li l-Missier ser jisma’ għal dak li inti stess igwidajtna biex nitolbuh. Ammen.

Papa San Ġwanni Pawlu II


Għal dawk li huma msejħin biex iwieġbu għas-sejħa t’Alla

Mulej Ġesu’, int sejjaħt l-ewwel dixxipli biex tagħmilhom sajjieda tal-bnedmin. Kompli semma’ llum is-sejħa ħelwa tiegħek: ‘Ejja u imxi warajja.’ Agħti lill-irġiel u lin-nisa il-grazzja li jwieġbu bla dewmien għas-sejħa tiegħek. Qawwi l-isqfijiet, is-saċerdoti u l-erwieħ ikkonsagrati fix-xogħol appostoliku tagħhom.

Agħti perseveranza lis-seminaristi u lil dawk kollha li qed jgħixu l-idejal ta’ ħajja b’konsagrazzjoni totali fis-servizz tiegħek. Nissel fil-komunitajiet tagħna żelu missjunarju. Ibgħat, Mulej, ħaddiema fil-għalqa tiegħek u tħallix lill-bniedem jintilef minħabba n-nuqqas ta’ rgħajja, missjunarji u nies ddedikati għall-kawża tal-Vanġelu.

Marija, Omm il-Knisja, mudell tal-vokazzjonijiet, għinna nwieġbu ‘iva’ lill-Mulej li jsejħilna biex nikkollaboraw mal-pjan divin tas-salvazzjoni. Ammen.

Papa San Ġwanni Pawlu II


vocationsGħas-saċerdoti u l-vokazzjonijiet reliġjużi

O Ġesu’, ir-Ragħaj it-Tajjeb, li ġejt issalva dak li kien mitluf. Int waqqaft is-saċerdozju tal-Knisja Mqaddsa, biex il-ħidma tas-salvazzjoni tibqa’ għal dejjem.

Nitolbuk b’urġenza: ibgħat haddiema fil-għalqa tiegħek! Agħti lill-Knisja Qaddisa tiegħek saċerdoti qaddisa LI JIXIRQULHA. Agħti lill-Knisja tiegħek irġiel u nisa.

O Ġesu’, ir-Ragħaj it-Tajjeb, li ġejt biex issalva il-mitluf, inti waqqaft is-saċerdozju tal-Knisja Mqaddsa, sabiex il-ħidma tas-Salvazzjoni tkun tista’ tkun perpetwa.

Nitolbuk b’urġenza: ibgħat ħaddiema fil-għalqa tiegħek! Agħti lill-Knisja Mqaddsa tiegħek saċerdoti denji u qaddisa. Agħti lill-Knisja Mqaddsa tiegħek reliġjużi rġiel u nisa.

Agħmel li dawk li għażilt sa mill-eternita’ jkunu jistgħu iwettqu s-sejħa tiegħek. Tħalli lil ħadd li mhux denju, jitla’ t-taraġ tal-altar.

Ikkonferma s-saċerdoti u r-reliġjużi kollha il-vokazzjoni diffiċli tagħhom u bierek l-isforzi u l-ħidma tagħhom. Agħmel li huma jkunu l-melħ tal-art li jippreserva mill-korrozzjoni u li jkunu d-dawl tad-dinja li jdawwal lill-fidili bi kliemhom u għemilhom. Agħtihom l-Għerf, il-paċenzja u l-qawwa sabiex jippromwovu l-unur, il-propaganda tas-Saltna tiegħek fil-qlub tal-bnedmin, u jiggwidaw l-erwieħ li ġew fdati lilhom lejn il-ħajja eterna. Ammen.

Popolari


Talba għall-Vokazzjonijiet

O Alla, int għażilt lill-appostli biex jagħmlu dixxipli mill-ġnus kollha u li bil-Magħmudija u l-Griżma sejjaħtilna biex nibnu l-Knisja Qaddisa tiegħek, nitolbuk bil-ħerqa biex tagħżel minn fostna wliedek, ħafna saċerdoti, djakni u reliġjużi rġiel u nisa li jħobbuk b’qalbhom kollha u li jkunu lesti jgħixu ħajjithom kollha biex jagħmluk magħruf u maħbub minn kulħadd. Ammen. –

Arċidjoċesi ta’ Winnipeg


It-Talba tal-Missierna għall-Vokazzjonijiet

Mexxej: Missierna li inti fis-smewwiet,

Kulħadd: Inti  wegħedtna  li ma tħalliniex iltiema. Ibagħat lill-ministri qaddisa tas-salvazzjoni tiegħek biex jagħtuna l-ħajja fl-Ispirtu permezz tal-ikel tal-fidi u l-karita’.

Mexxej: Jitqaddes Ismek,

Kulħadd: Permezz  tal-ministri  magħżula tiegħek mimlija bl-Ispirtu tiegħek agħmel li tkun magħruf u maħbub minn nies kollha tad-dinja.

Mexxej: Tiġi Saltnatek,

Kulħadd:    U    ħa   tkun  mibnija  bil-ministri  fidili tiegħek permezz tal-qdusija ta’ ħajjithom, taż-żelu jħeġġeġ tagħhom għall-glorja tiegħek, u għas-salvazzjoni ta’ kulħadd.

Mexxej: Ikun li trid Int, kif fis-Sema, hekk hawn fl-art.

Kulħadd: Missier Etern, tieqafx tipprovdi lill-Knisja tiegħek ministri qaddisa li jgħallmu lill-popli kollha l-Liġi qaddisa tiegħek.

Mexxej: Ħobżna ta’ kuljum, agħtina llum,

Kulħadd: Il-ħobż tal-grazzja li jgħajjixna permezz tas-Sagramenti.  Agħmel  li   l-Knisja tiegħek tkun sinjura b’ministri magħżula li jġibu l-grazzja qaddisa tiegħek lill-irġiel u n-nisa kollha.

Mexxej: Aħfrilna dnubietna, bħal ma aħna naħfru lil min hu ħati għalina.

Kulħadd: Agħti lill-poplu tiegħek, Mulej, saċerdoti magħżula u fidili, li bis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni jġibu lura għandek ħafna qlub li għandhom bżonn tal-maħfra tiegħek.

Mexxej: La ddaħħalnix fit-tiġrib, iżda eħlisna minn kull deni.

Kulħadd: Mulej, jekk id-dnubiet tagħna ċaħduna mill-ħbiberija tiegħek, ibgħat il-ministri tal-ħniena tiegħek fostna, b’żelu personali u sagrifiċċju. Ħa jżommu r-ruħ tagħna ‘l bogħod mid-dnub u jiggwidawna lejn il-qdusija u s-salvazzjoni eterna. Ammen

Mexxej: Ejja nitolbu lil Marija, Omm Alla, għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.

Kulħadd: O Omm, qajjem fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa, ir-rieda li jservu lil Alla waħdu. Tkarrab għalina għal għadd ta’ vokazzjonijiet fil-ħajja saċerdotali u reliġjuża. O Omm, ġedded l-fidi ta’ kull lajk u lajka tagħna li f’kull qasam ta’ ħajja soċjali, professjonali, kulturali u politika, huma jaħdmu skont il-verita’. Berikna lkoll u assistina bit-talb tiegħek sabiex ngħixu b’mod effettiv il-vokazzjoni li għaliha ġejna msejjħa. Ammen.


maxresdefault (1)Talba għall-Vokazzjonijiet

O Ġesu’, Ragħaj Tajjeb, agħtina li l-irġiel u n-nisa tal-komunita’ tagħna, ikollhom il-grazzja u l-kuraġġ li jisimgħu u jwieġbu għas-sejħa tiegħek għas-saċerdozju u l-ħajja reliġjuża. Agħtihom l-għerf biex jifhmu li l-ħajja hija rigal. Agħtihom li jirrealizzaw li l-ħajja tagħhom hi parti mill-pjan prinċipali tiegħek. Sejjaħ lejk dawk li inti għażilt biex ixerrdu l-messaġġ tal-Vanġelu, u għinhom biex iwieġbu bil-liberta’ għal ħajja ta’ servizz fil-Knisja. Agħti lill-ġenituri u lill-familji tal-parroċċa tagħna l-wens u nkoraġġixxi liż-żgħażagħ irġiel u nisa biex ifittxu, isegwu u jwieġbu għas-sejħa t’Alla f’ħajjithom. Ammen.


Talba għall-Vokazzjonijiet għal dawk li ma jistgħux joħorġu mid-dar

Missier Maħbub, nirringrazzjawk tal-imħabba eterna tiegħek għalina. Nirringrazzjawk tad-don tas-sagramenti tiegħek – l-Ewkaristija li tgħajjixna, ir-Rikonċiljazzjoni li ġġeddidna, u s-Sagrament tal-Morda li jqawwina u jagħmlilna kuraġġ. Grazzi tal-Knisja tagħna u l-ministri tagħha li jġibulna d-doni tiegħek.

Nitolbuk għal żieda fil-vokazzjonijiet fis-saċerdozju u l-ħajja reliġjuża. Nitolbuk ukoll, jekk xi ħadd mill-familja tagħna jkun imsejjaħ biex iservik b’dan il-mod, biex jisimgħu u jwieġbu b’ġenerożita’ għas-sejħa. Agħmel li l-familji fil-Knisja tagħna jħeġġuhom għat-tweġiba tagħhom lejk.

Mulej Ġesu’, jiena ngħaqqad il-mard u s-sofferenzi tiegħi mas-sofferenzi u l-mewt tiegħek fuq is-salib. Noffrilek kollox għas-salvazzjoni tiegħi u għas-salvazzjoni tal-għeżież tiegħi. Ammen.


Talba għall-Vokazzjonijiet

Mulej Ġesu’, f’xatt il-baħar tal-Galilija, Int sejjaħt lill-Appostli u għamilthom il-pedament tal-Knisja u ħabbara tal-Evanġelju tiegħek; mexxi llum il-Poplu tiegħek fi triqtu lejk. Qawwi qalb dawk li ssejjaħ biex jimxu warajk fis-saċerdozju u fil-ħajja kkonsagrata biex jagħnu l-għalqa ta’ Alla bl-għerf tal-Kelma tiegħek. Agħmilhom strumenti tajba ta’ mħabbtek fil-qadi ta’ ħuthom.

Papa San Ġwanni Pawlu II


news3_2017-04-02_22-46-01Talba għall-Vokazzjoni Tiegħi

Missier li tista’ kollox, Int tibgħat id-don tal-Ispirtu s-Santu għall-bini tal-Knisja tiegħek. Bl-għajnuna tal-istess Spirtu, agħtini l-grazzja li nisma’ s-sejħa tiegħek f’ħajti. Agħtini l-qawwa u l-kuraġġ biex nagħmel ir-rieda tiegħek. Agħtini l-għerf u l-umilta’ biex nagħżel it-triq tiegħek anki meta nsibha l-aktar diffiċli.

Mulej, bierek il-fidili kollha fil-Knisja tiegħek li qed ifittxu l-qdusija. Imma b’mod speċjali, ħares lis-saċerdoti, patrijiet u sorijiet. Għinhom joffru ħajjithom f’servizz bil-ferħ biex huma jkunu sinjal tal-preżenza tiegħek fostna.

Nitolbuk, Missier, biex timla qalbna b’xewqa tħeġġeġ biex nimxu wara Ġesu’. Agħmel li jkun hemm ħafna, li joffru ħajjithom għas-servizz tal-Knisja, biex kulħadd isir jafek u jħobbok. Nitolbu dan bi Kristu Sidna. Ammen.


One thought on “11. Talb għall-Vokazzjonijiet

  1. Pingback: Talb għall-bżonnijiet tas-Saċerdoti – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s