Novena għas-Saċerdoti 1
O Marija, Omm ta’ Ġesu’, int kont ma’ Ġesu’ fil-bidu ta’ ħajtu u tul il-missjoni tiegħu. Int bqajt ħdejn Ġesu’ meta kien merfugħ fuq is-salib u ta ħajtu għal kulħadd. Nitolbuk issa, tkun mas-saċerdoti, li taw lilhom infushom f’servizz lejn il-poplu t’Alla. Interċedi għalihom biex huma jikbru fil-qdusija, ixandru l-Kelma t’Alla bil-kuraġġ; jiċċelebraw is-Sagramenti bil-ferħ; u jkunu qalb il-poplu t’Alla bħalma kien Ġesu’, ir-Ragħaj it-Tajjeb. Noffru din it-talba lil Alla l-Missier, permezz tal-interċessjoni tiegħek, f’isem Ibnek Ġesu’, u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.
Novena għas-Saċerdoti 2
Ġesu’, ir-Ragħaj it-Tajjeb, inti bgħattilna l-Ispirtu s-Santu biex jiggwida l-Knisja tiegħek u jmexxiha fedelment lejk permezz tal-ministeru tas-saċerdoti tiegħek.
Permezz tal-ispirazzjoni tal-Ispirtu s-Santu, agħti lis-saċerdoti tiegħek għerf fit-tmexxija, fedelta’ fit-tagħlim u qdusija fil-ħarsien tal-Misteri qaddisa Tiegħek.
Filwaqt li jgħollu leħenhom mal-fidili kollha, u jgħajtu, “Abba, Missier!” agħmel li s-saċerdoti tiegħek joffru ħajjithom u jkunu dejjem aktar identifikati mill-qrib miegħek, l-unika vittma li ssalva.
Agħmel li jkunu aħwa li jagħtu għajnuna lil xulxin u missirijiet li jagħdru lill-poplu tiegħek kollu.
F’kull Ħadd ta’ Pentekoste, ġedded fis-saċerdoti tiegħek b’fidi aktar profonda, b’fiduċja akbar fik, b’telqa bħal tat-tfal f’idejn Ommna Marija, u b’fedelta’ li ma titħarrikx lejn il-Papa u l-isqfijiet tiegħu.
Marija Omm Qaddisa, interċedi għas-saċerdoti Tiegħek.
San Ġużepp, ipproteġihom.
San Mikiel, iddefendihom.
San Ġwann Vianney, itlob għalihom.
Novena partikolari għas-Saċerdoti 3
Ġesu’, bi gratitudni noffrulek il-qlub u l-imħuħ tas-saċerdoti kollha b’mod speċjali dawk is-saċerdoti li nammiraw bi stima kbira fis-servizz tiegħek u f’kemm jixbħuk. B’ringrazzjament u bi gratitudni bla qies noffrulek is-saċerdoti li jgħożżu s-sejħa tiegħek. Kompli mliehom bil-grazzja u bil-benefiċċji tal-grazzja tiegħek jiġifieri, dixxiplina ta’ qdusija u tagħlim tal-Knisja, l-inkuraġġiment tal-qdusija, u x-xhieda li jgħixu l-vanġelu bil-ferħ u b’serenita’. Saħħaħhom (qawwihom), O Alla, fil-kwalita’ u fin-numru.
Ġedded f’kull iben tiegħek, il-kunfidenza fir-rabta bejn il-ħajja tal-familja u l-ħajja tas-saċerdoti f’għaqda ċara tal-glorja u l-pjan t’Alla fil-Knisja. Nitolbu b’mod partikolari u għall-Kustodja ta’ : Santu Wistin (Il-midneb imġedded), San Tumas t’Aquinu (Id-duttur tat-Tagħlim tal-Knisja), San Ġwann Bosco (Ir-Ragħaj) u agħmel li s-saċerdoti kollha li jinsabu mjassra fil-purgatorju jinterċedu f’din it-talba ta’ protezzjoni, din it-talba ta’ gratitudni, u din it-talba ta’ tama.
(Missierna, Sliema u Glorja)
Nirrikmandawlek:
- is-saċerdoti għeżież għalina,
- is-saċerdoti li għammduna,
- is-saċerdoti li ħallewlna minn dnubietna,
- is-saċerdoti li assistejna quddies tagħhom u li offrewlna l-Ġisem u d-Demm tiegħek fit-Tqarbin Qaddis,
- is-saċerdoti li għallmuna u ggwidawna,
- is-saċerdoti li b’xi mod aħna midjuna lejhom.
O Ġesu’, żommhom ilkoll qrib ta’ Qalbek, u berikhom bl-abbundanza, fiż-żmien ta’ issa u fl-eternita’. Ammen
Nistiednu wkoll l-affezzjonijiet speċjali tal-Arkanġlu San Gabriel lis-saċerdoti tagħna.
Litanija
- Mulej ħniena
- Kristu ħniena
- Mulej ħniena
- Kristu ismagħna
- Kristu ilqa’ t-talb tagħna
- Alla Missier tas-Sema, ħenn għalina
- Alla l-Iben, Salvatur tad-dinja, ħenn għalina
- Alla l-Ispirtu s-Santu, ħenn għalina
- Trinita’ Qaddisa Alla wieħed, ħenn għalina
- Ġesu’ Sultan tal-anġli, itlob għalina
- L-Arkanġlu San Gabriel, itlob għalina
- Qawwa ta’ Alla, itlob għalina
- Għalliem tan-nazzjonijiet, itlob għalina
- Anġlu tal-Inkarnazzjoni, itlob għalina
- Messaġġier tar-Rivelazzjoni ta’ Alla, itlob għalina
- Int li ġġorr l-aħbar it-tajba tas-Salvazzjoni, itlob għalina
- Ambaxxatur fidil ta’ Alla ta’ Żakkarija u tal-Verġni Marija, itlob għalina
- Qaddej fidil ta’ Alla-bniedem, itlob għalina
- Anġlu tal-Konsolazzjoni wara l-agunija tas-Salvatur, itlob għalina
- Ħabib u konsolatur ta’ Omm Alla, itlob għalina
- Gwida u għajnuna ta’ San Ġużepp, itlob għalina
- Għalliem u wens tal-profeta Daniel, itlob għalina
- Patrun tal-ġenituri u l-għalliema, itlob għalina
- Gwida għall-għaqda ma’ Ġesu’ u Marija, itlob għalina
- Konsolatur ta’ dawk li jsofru, itlob għalina
- Qawwa tad-dgħajfa, itlob għalina
- Patrun qaddis tal-komunikazzjonijiet moderni, itlob għalina
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, eħlisna Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ismagħna Mulej.
Ħaruf t’Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja, ħenn għalina.
Itlob għalina San Gabriel l-Arkanġlu biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.
Pingback: Talb għall-bżonnijiet tas-Saċerdoti – L-Ewkaristija u s-Saċerdozju