5. Il-Miraklu ta’ Ferrara, Italja

Verżjoni Vidjo: Il-Miraklu ta’ Ferrara, Italja

Santa-Maria-in-VadoIL-MIRAKLU TA’ FERRARA, ITALJA
1171

Tradizzjoni antika li ġejja sa mis-sena 454 A.D. tgħidilna b’post hekk imsejjaħ “kapitali” fejn immaġini biżantina tal-Verġni Mbierka kienet meqjuma. Iktar ‘l quddiem in-numru kbir ta’ devoti ġagħlu li tinbena knisja żgħira preċiż fil-post imsejjaħ “kapitali”. Din il-knisja mibnija madwar is-sena 657 twaqqfet fejn ix-xmara hi baxxa ħafna u għalhekk bir-raġun ġiet imsejjħa Santa Marija ta’ fuq ix-Xmara. Kien għalhekk ġo din l-istess knisja, daqs 500 sena wara li nbniet, li ġara l-miraklu ewkaristiku spettakolari.

Kien Ħadd il-Għid, it-28 ta’ Marzu, 1171. Il-quddiesa tal-festa kienet qegħda tiġi ċċelebrata minn Patri ta’ Verona u li kien assistit minn Patri Bono, Patri Leonardu u Patri Aimone, kollha patrijiet tal-Ordni tal-Kanoni Regulari Portwensi. Fil-mument meta l-Ostja Kkonsagrata ġiet maqsuma fi tnejn, kull min kien preżenti nħasad xħin ra nixxiegħa ta’ demm ħierġa b’forza kbira mill-Ostja Mqaddsa. Il-moviment tad-demm kien tant qawwi u abbundanti illi saħansitra ċċapset ħnejja fuq ir-riħ tal-artal in-naħa ta’ wara tal-istess artal. Min kien preżenti ma rax biss id-demm imma ra wkoll illi l-Ostja nbiddlet f’laħam.

fileL-aħbar tal-miraklu malajr xterdet fost dawk li ma kinux fil-knisja mal-parroċċa kollha u anke fl-akkwati tal-qrib, u hekk qam entużjażmu li ma jitwemminx.

L-Isqof Amato ta’ Ferrara u l-Arċisqof Gherardo ta’ Ravenna telqu jiġru lejn il-knisja. Huma wkoll raw il-miraklu: id-Demm u l-Ostja li kienet saret laħam. Huma qablu illi d-demm kien “id-demm mirakuluż tas-Sinjur Tagħna.”

L-ewwel dokument li nafu bih u jagħtina d-dettalji tal-miraklu jismu “Gemma Ecclesiastica” li ġie miktub fl-1197 minn Geraldo Cambrense. Dan il-manuskritt instab fis-sena 1981 minn Mons. Antonio Samaritani li hu studjuż tal-istorja ġo Ferrara. Id-dokument oriġinali jinsab Londra; kopja tiegħu qegħda l-Vatikan. Id-dokument igħid illi ġo Ferrara nhar Ħadd il-Għid l-Ostja nbiddlet f’laħam.

Dokument ieħor li jġib id-data 6 ta’ Marzu 1404 ġie miktub mill-Kardinal Migliorati li kkonferma dan il-prodiġu waqt li l-Papa Eugenio IV uffiċċjalment iddikjarah b’Bolla Papali tas-7 t’April 1442. Magħhom ukoll il-Papa Benedittu XIV (1740-1758) iddikjarah miraklu, u hekk għamel ukoll il-Kardinal Nikola Fieschi fis-sena 1519.

Fost il-viżitaturi li resqu madwar l-artal tal-miraklu l-aktar wieħed distint kien il-Papa Piju IX li vvjaġġa lejn din il-knisja fis-sena 1857. Waqt li wera b’subgħajh il-qtar tad-demm, hu qal, “Dawn il-qtar huma bħal dawk ta’ fuq il-korporal f’Orvieto!” (Ara l-Miraklu ta’ Bolsena, f’Orvieto)

19cfccb2a7db9cdd610f4d2d6e6d97d1Fis-sena 1500, il-knisja żgħira ġiet imkabbra, irranġata, msebbħa u mibdula fil-bażilika li hemm illum. Waqt li kien qiegħed isir il-bini l-arkata tal-irħam imċappsa bil-qtar tad-demm mirakuluż li għadu aħmar ġiet maqlugħa minn postha fejn kien sar il-miraklu u tpoġġiet f’kappella fil-ġenb fost ħafna tiżjin. Din il-kappella fiha żewġ sulari, isfel jinsab artal u fuq hemm l-arkata mċappsa bid-demm. Turġien minn kull naħa tal-artal iwasslu lill-viżitaturi qrib ħafna tal-arkata biex ikunu jistgħu jarawha sewwa u bid-devozzjoni. Id-Demm Imqaddes għadek tista’ tarah u huwa vvenerat bħala relikwja eċċezzjonali.

Sa mis-sena 1930 il-Bażilika kienet f’idejn il-Missjunarji tad-Demm Prezzjużissimu, l-ulied spiritwali ta’ San Gaspar del Bufalo li hu l-kbir appostlu tad-devozzjoni tad-Demm tas-Salvatur.

Ċelebrazzjonijiet matul is-sena kollha saru fis-sena 1970 biex jikkommemoraw it-tmien ċentinarju ta’ meta sar il-miraklu.

English Version: http://www.therealpresence.org/eucharst/mir/english_pdf/Ferrara.pdf

Alternative Reading: https://www.deepertruthcatholics.com/single-post/2018/05/26/The-Guardian-Angel-Eucharistic-Miracle-of-Ferrara-Italy-1171

Wikipedia: https://en.wikipedia.org/wiki/Santa_Maria_in_Vado,_Ferrara

Nota: It-Tagħrif dwar dan il-Miraklu Ewkaristiku huwa ta’ Dun Ġorġ Mercieca, adattat mill-oriġinal ta’ Joan Carroll Cruz.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s