3. Il-Miraklu ta’ Braine, Franza

Verżjoni Vidjo: Il-Miraklu ta’ Braine, Franza

09fe7434debae4c4ad56ea14d65091a7.jpg

IL-MIRAKLU TA’ BRAINE, FRANZA
1153

Fiż-żmien li sar il-Miraklu Ewkaristiku ġo Braine, numru kbir ta’ nies mhux Kattoliċi kienu jgħixu f’din il-belt li tifforma parti mill-arċidjoċesi ta’ Soissons. Anjeże ta’ Braine, kontessa li kienet tgħix f’kastell barra l-belt, ippruvat tikkonverti ħafna minn dawn li ma kinux Kattoliċi, fosthom tfajla sabiħa Lhudija li għaliha għamlet kull ma setgħet. It-tfajla bil-qawwa kollha rrifjutat li temmen fl-Ewkaristija Mqaddsa, u baqgħet hekk ma tridx temmen minkejja ż-żelu tal-kontessa. Determinata li tirbaħ lil din it-tfajla għall-fidi, il-kontessa sa waslet li tuża l-forza u ġġib fil-kastell lil din it-tfajla fejn impjegatha bħala s-serva prinċipali tagħha.

Fl-1153 l-Arċisqof ta’ Soissons, Anculphe de Pierrefonds, organizza quddiesa solenni u purċissjoni madwar il-belt ta’ Braine fl-okkażjoni tal-festa lill-Ispirtu s-Santu. Għal dawn iċ-ċerimonji attendew in-nies kollha ta’ Braine fosthom dawk mhux Kattoliċi, li attendew b’rispett lejn l-Arċisqof u b’kurżita’ għall-attivitajiet li kienu ppjanati.

Waqt is-Sagrifiċċju Mqaddes tal-Quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof, fil-ħin tal-elevazzjoni, in-nies flok l-Ostja raw tifel żgħir. Deskrizzjonijiet ma għandniex u lanqas nafu kemm damet il-viżjoni, imma kienet żgur tant sabiħa u impressjonanti illi dawk li ma kinux Kattoliċi, talbu l-Magħmudija. Jaħsbu illi fost dawk li talbu biex jitgħammdu kien hemm ukoll it-tfajla Lhudija li l-kontessa ppruvat tikkonverti.

Child_Jesus_stained_glassWara dan il-miraklu l-Kontessa Anjeże ta’ Braine waqqfet monasteru, fejn l-Ostja mirakuluża nżammet għal sekli.

Hu magħruf illi 80 sena wara li sar dan il-miraklu fl-1233 il-Kardinal Jacque de Vitry żar u adura din l-Ostja mirakuluża. Fl-1718, iktar minn 550 sena wara li sar il-miraklu, Dom Martene ra l-Ostja li kienet għadha sħiħa u li kien fiha daqs munita kbira. Imma, 15-il sena wara din iż-żjara, studjuż tal-istorja minn Valois, li jġib l-isem ta’ Carlier, sab illi l-Ostja kienet saret ftit trab hekk kif normalment issir ostja meta jgħaddi ż-żmien. L-Ostja kienet miżmuma f’tabernaklu flimkien mal-istess kalċi li kien intuża fil-quddiesa tal-miraklu.

Il-kaxxa tal-ivorju li fiha kienet tinżamm l-Ostja kienet magħduda bħala teżor. Meta l-patrijiet ħallew warajhom il-monasteru fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża (li bdiet fl-1789) huma fdaw din il-kaxxa tal-ivorju f’idejn Lambert, il-kap tal-Pulizija. Ġiet mogħtija lura lill-Knisja ta’ Braine fl-1839, fejn inżammet għal żmien twil fis-sagristija.

chasuble-114-old-gold.jpgMhux biss l-Ostja u l-kalċi baqgħu miżmuma b’għożża, imma anke l-abiti sagri li kienu ntużaw waqt il-quddiesa tal-miraklu. Il-pjaneta kienet magħmulha minn ħarir fin u rrakkmatha sabiħ b’simboli liturġiċi, fosthom wiċċ ta’ anġlu fuq quddiem u l-Ħaruf t’Alla fuq wara. Madwar l-għonq kien hemm faxxa deheb imżejna b’perli sbieħ u ħaġar prezzjuż. Minħabba l-ġmiel u l-valur ta’ dan l-abitu u l-fatt li kienet intlibset f’dik il-quddiesa storika kienet miżmuma b’rispett kbir mill-poplu.

Bħala riżultat ta’ differenza ta’ opinjoni bejn il-patrijiet u Hedium membru tal-Gwardja Nazzjonali, kellu jsir inventarju tal-monasteru bejn April 21 sal-24 tas-sena 1790, preċiż sena wara li bdiet ir-Rivoluzzjoni Franċiża. Indunaw illi dik il-pjaneta mirakuluża tal-miraklu ma kinitx f’postha. Hedium approfitta ruħu u lmenta quddiem l-awtoritajiet tal-belt u dawn ordnaw li ssir investigazzjoni. Saru jafu illi sena qabel il-pirjol tal-monasteru kien biegħ il-pjaneta lil negozjant minn Lyon minħabba l-bżonnijiet tal-monasteru u l-Knisja. In-negozjant ma riedx ibiegħ lura dan l-abitu, imma offra li jagħti lura l-perli li kienu inqalgħu minnu.

1024px-Saint-Yved_de_Braine_WBl_050930-4372Rapport jgħid illi l-oġġetti kollha wżati waqt il-quddiesa tal-miraklu kienu ppreservati fil-Knisja, inklużi l-għodda wżati biex isiru l-ostji. Dan jikkonfermah l-inventarju magħmul fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża, li fih insibu l-lista ta’ affarijiet li kienu wżati waqt il-quddiesa tal-miraklu. Din il-lista tal-inventarju għadha ppreservata fl-arkivji tad-Dipartiment de l’Aisne f’Lyon; għalkemm l-oġġetti nfushom sallum kollha ntilfu jew inqerdu.

Il-kurat preżenti ta’ Braine jikkonferma illi l-Miraklu Ewkaristiku ġara tassew u illi purċissjonijiet baqgħu jsiru għal bosta snin għad unur ta’ dan il-miraklu, imma llum ma għadhomx isiru dawn it-tifkiriet ta’ kull sena.

English Version: http://thehumblecatholic.com/braine-france/

Alternative Reading: https://books.Eucharistic+Miracle+of+Braine,+France

Nota: It-Tagħrif dwar dan il-Miraklu Ewkaristiku huwa ta’ Dun Ġorġ Mercieca, adattat mill-oriġinal ta’ Joan Carroll Cruz.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s